Navigate Up
Sign In

Helena Dalli se tkun katalista tal-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea – Edward Zammit Lewis

Reference Number: PR191880, Press Release Issue Date: Sep 10, 2019
 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA

-

Il-Ministru Edward Zammit Lewis jilqa’ l-aħbar li l-President nominat tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen assenjat il-Portafoll tal-Ugwaljanza lil Dr Helena Dalli.

Din hija l-ewwel darba li l-Kummisjoni Ewropea se jkollha kummissarju responsabbli mill-ugwaljanza b’mod partikolari, u allura dan il-qasam tant importanti għal Malta u għall-Unjoni Ewropea ser jingħata l-prijorità li tixraqlu, u dan fil-kuntest tal-viżjoni ambizzjuża li għandha għall-ugwaljanza Von der Leyen.

Fil-kuntest tas-suċċess li kisbet Dr Dalli f’dan il-qasam fl-aħħar sitt snin, meta poġġiet lil Malta fuq nett tal-indiċi Ewropej u dinjija, din l-aħbar tawgura tajjeb għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea bl-istess mod li tagħmel unur għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

“Se naħdem mill-qrib ma’ Dr Helena Dalli biex fuq livell lokali, Ewropew u dinji, Malta tibqa’ teċċella fil-qasam tal-ugwaljanza waqt li se naħdem qatigħ biex flimkien neliminaw l-inugwaljanzi li jippersistu f’pajjiżna”.