STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA
-
Hekk kif din
il-ġimgħa pajjiżna ħa jkun qed jiċċelebra ‘Malta Pride Week’, il-Ministeru
għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ħa l-inizjattiva li jitwaħħlu strixxuni
mal-faċċata tal-istess ministeru. Din l-inizjattiva tawgura tajjeb biex
inkomplu niċċelebraw l-ugwaljanza u d-diversità.
Pajjiżna kiseb
diversi suċċessi fl-aħħar sitt snin kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq
livell Ewropew u internazzjonali, iżda nirrikonoxxu l-fatt li għadna ma
wasalniex. Irridu neliminaw l-inugwaljanzi li għadhom jippersistu f’pajjiżna u
nifhmu li d- diversità tgħaqqadna filwaqt li l-ugwaljanza ssaħħaħna.
Il-Ministru
Edward Zammit Lewis jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb kollu li sar filwaqt li rridu
nkomplu mmexxu ’l quddiem strateġiji u inizjattivi eżistenti biex naċċertaw
ruħna li jkollna ugwaljanza sħiħa msejsa fuq l-inklużjoni soċjali u xprunata
mill-infurzar effettiv kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni.

