Navigate Up
Sign In

Jitnieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2019 – Ċelebrazzjoni tal-‘employers’ u l-ħaddiema fiċ-ċentru tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna

Reference Number: PR191961, Press Release Issue Date: Sep 20, 2019
 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA

-

Tnieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2019, bil-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis jiddeskrivih bħala rikonoxximent tal-employers u l-ħaddiema fiċ-ċentru tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna.

Din is-sena se jkun hemm tmien kategoriji li se jippremjaw:

              ·         Il-Ħaddiem Mudell tas-Sena

              ·         It-Tim tas-Sena

              ·         Il-Maniġer tas-Sena

              ·         L-Employer tas-Sena

              ·         L-iktar kumpanija li tippromwovi l-ugwaljanza

              ·         L-iktar kumpanija li tippromwovi l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol

              ·         L-iktar kumpanija li tippromwovi r-responsabbiltà soċjali

              ·         Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2019

Il-Ministru Zammit Lewis fisser kif b’dan il-premju qed nirrikonoxxu l-ħaddiema li  jħaddnu  l-valuri  u  l-etika  tax-xogħol li jiddistgwuna bħala poplu ħawtiel, u lill-employers li jirrispettaw id-dinjità tal-impjegati tagħhom, iħaddnu l-ugwaljanza u r-responsabbiltà soċjali, u li huma l-protagonisti fil-ħolqien tal-ġid.

Fuq kollox, il-Ministru Zammit Lewis qal li din l-attività annwali hija ċelebrazzjoni tas-suċċess li qed ngħixu flimkien f’pajjiż li jippremja l-bżulija, iħaddan id-diversità u determinat li jikseb ugwaljanza għal kulħadd u f’kull aspett.

In-nominazzjonijiet għal premijiet rispettivi jintlaqgħu mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza sal-25 ta’ Ottubru 2019, u jistgħu jinkisbu min-nhar it-Tnejn li ġej mill-ministeru, mill-kunsilli lokali, jew permezz tal-paġna tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena fuq Facebook.

Ir-rebbieħa jitħabbru fis-serata finali, nhar l-4 ta’ Diċembru.

Linji Gwida ara Hawn