Navigate Up
Sign In

Konsultazzjoni Pubblika dwar Paceville

Din il-konsultazzjoni hija magħluqa.
 
 
Mingħand: Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
​Ippubblikata: ​20 ta' Novembru 2015
​Tagħlaq: ​4 ta' Diċembru 2015
​Aġġornata: ​7 ta' Diċembru 2015​

 

a_paceville_konsultazzjoni-t_620x0.jpg

Sfond​:
 
Il-Gvern jinsab kommess li tissaħħaħ is-sigurtà u l-buon ordni f’Paceville. Dan il-proċess diġà beda u waħda mill-miżuri, fost oħrajn li ngħatat importanza kienet, li fi tmiem il-ġimgħa, żdiedet il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq ta’ Paceville.
 
 
Għarafna li s-sitwazzjoni trid tiġi indirizzata permezz ta’ kollaborazzjoni minn oqsma differenti fis-soċjetà ċivili. B’hekk fl-aħħar xhur fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali waqqafna grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentati ta’ stakeholders li jinkludu Sindki tal-Kunsilli  Lokali taż-żona ta' Paceville, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, il-GRTU, il-Pulizija u l-Fondazzjoni għall-iżvilupp ta’ żoni turistiċi bil-għan li  jimplimenta miżuri proattivi u li huma neċessarji biex tissaħħaħ is-sigurtà f'Paceville u 'l madwar.
 
Wara snin twal minn mindu Paceville inbidel minn żona residenzjali għal dik ta’ divertiment, wasal iż-żmien li ssir bidla bis-serjetà. Sfortunatament il-fenomenu ta’ Paceville minn dejjem ġab miegħu sfidi, kemm ta’ natura soċjali kif ukoll minn aspetti ta’ saħħa u anke sigurtà, li huwa meħtieġ li jkunu  ndirizzati b’aktar forza.
 
Nagħrfu li dan it-titjib meħtieġ hu possibli biss permezz ta’ sforz kollettiv. Għaldaqstant biex tkompli tissokta l-ħidma biex jitfassal pjan sħiħ u jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa, bħala Ministru nixtieq noffri lill-pubbliku l-opportunità li wkoll isemma’ leħnu. Hemm diversi aspetti li jridu jirreġistraw titjieb fosthom fil-kamp leġislattiv, fil-qasam tal-infurzar,  taħriġ ipprovdut u anke f’dak li jirrigwardja s-saħħa u s-sigurtà. Dan huwa Gvern li jisma’ u għalhekk permezz ta’ din il-konsultazzjoni pubblika intom mħeġġin tgħaddu s-suġġerimenti u l-ideat tagħkom.
 
 
Il-proposti  kollha sejrin ikunu evalwati u mogħtija l-attenzjoni li tixraq.
Dawn intlaqgħu sa nhar il-
Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2015.
 
Nemmen li l-pubbliku għandu x’jikkontribwixxi biex dawn l-isfidi jintgħelbu.
 
Min-naħa tiegħi, kemm bħala politiku u fuq kollox missier, se nibqa’ determinat biex b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet rispettivi, is-soċjetà ċivili u s-settur privat inkomplu nwettqu ħidma favur iż-żamma tal-ordni, ir-rispett lejn il-liġi u ambjent li joffri serħan tal-moħħ lil ħafna ġenituri bħali.
 
 
Carmelo Abela
Ministru
 
 
                     pr152615 - konsultazzjoni pubblika dwar Paceville.pdf
 
 
 
Sottomissjonijiet :
 
 
Formola onlajn li tinsab hawn taħt.
jew
u fuq is-sit soċjali  facebook /pvdebate
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
 
 
Formola Onlajn : 
























 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur oġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

​​www.konsultazzjoni.gov.mt

Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.  

Top Section Banner.jpg