Navigate Up
Sign In

Invit biex jintlaqgħu Proposti għall-Kiri ta’ Binja għall-Uffiċini tal-Information Management Unit u d-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation

Data: 9 ta' Frar, 2017​​

Espressjoni ta’ Interess

Invit biex jintlaqgħu Proposti
 għall-Kiri ta’ Binja għall-Uffiċini tal-
Information Management Unit u d-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation
 
MSDC 130/2015/3
 
Pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 9 ta’ Frar, 2017
Pubblikata fis-sit elettroniku tal-MSDC tal-Ġimgħa, 9 ta’ Frar, 2017
Data tal-għeluq għas-sottomissjonijet: Il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar, 2017
 
KIRI TA’ BINJA għall-Information Management Unit u d-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation
 
Espressjoni ta’ Interess
Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qiegħed jikkomunika Espressjoni ta’ Interess għall-kiri ta’ Binja għall-uffiċini amministrattivi tal- Information Management Unit u d-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation għal perjodu ta’ (12) tnax–il xahar bil-possibilità ta’ estensjoni tal-kirja kif jiġi deċiż mis-Segretarju Permanenti u/jew rappreżentant tiegħu/tagħha.
Il-bini għandu jkollu arloġġ individwali tad-dawl u l-ilma (meter, sub-meter, jew xi mezz ieħor aċċettabbli), kif ukoll dikjarazzjoni minn ARMS Ltd li m’hemmx kontijiet pendenti fuq il-fond.
 
Il-bini, li jrid ikollu area ta’ bejn 500 (ħames mitt) u 700 (seba’ mitt) metru kwadru, għandu jinkludi l-faċilitajiet kollha li jaqdu l-bżonnijiet neċessarji, bħal, imma mhux biss, uffiċini, kitchenette, toilets, kamra għal-laqgħat, spazju fejn jintlaqgħu u jistennew in-nies, spazju għal skopijiet ta’ ħażna u faċilitajiet ta’ parkeġġ.  Il-bini għandu jkun fi stat komplut biex ikun abitat (finished) u għandu jinkludi fih points għas-sistema ta’ network u elettriku u arja kundizzjonata.
 
Il-bini għandu jkun konformi mar-regolamenti u l-istandards nazzjonali ta’ kostruzzjoni bħal PA/ERA u OHSA, kif ukoll igawdi l-permessi kollha kif meħtieġa biex jintuża bħala uffiċċju mill-awtoritajiet kompetenti f’dan il-qasam.
 
Huwa meħtieġ li l-fond ikun interament aċċessibbli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
 
Preferenza tingħata lill-:
 
  1. Bini li jinsab f’post ċentrali.
2.     Bini li jinkludi faċilitajiet ta’ parkeġġ, (inklużi fil-prezz), kemm għall-impjegati kif ukoll għall-viżitaturi.
3.     Bini li għandu ċertifikat ta’ effiċjenza fl-enerġija skont l-aħħar leġislazzjoni.
4.     Bini li jkun assikurat (bini u kontenut) permezz ta’ polza ta’ assikurazzjoni minn kumpanija tal-assikurazzjoni awtorizzata f’Malta u approvata mis-sidien tal-kera li tkun inkluża fil-prezz ikkwotat.
5.     Bini fornut b’lift jekk l-area offruta hija ‘l fuq mill-pjan terran.
 
Kull espressjoni għandha tinkludi dawn id-dokumenti meħtieġa:
 
  1. Kopja tal-pjanti tal-propjeta’ (skala 1:100) li jidentifikaw il-faċilitajiet identifikati hawn fuq.
  2. Sett ta’ ritratti kemm ta’ ġewwa u ta’ barra tal-propjeta’ bil-faċilitajiet offruti.
 
Informazzjoni relevanti addizzjonali hija aċċettata.
 
Dokumenti oħra huma meħtieġa mal-iffirmar tal-kuntratt mir-rebbieħ ta’ din l-Espressjoni:
3.     Kopja tal-permessi tal-PA/ERA (li l-bini jista’ jintuża bħala uffiċċju kif ukoll il-klassifikazzjoni);
4.     Ċertifikat tal-OHSA;
5.     Ċertifikat tal-Effiċjenza tal-Bini;
6.     Dikjarazzjoni minn ARMS Ltd li m’hemmx kontijiet pendenti fuq il-fond.
 
Nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ dawn id-dokumenti trendi l-Espressjoni bħala invalida.
 
Ġie stabbilit perjodu ta’ kjarifika li jinkludi li ġej:
 
  1. Rikjesti għal kjarifiki mingħand l-offerent/i għandhom jiġu sottomessi sa ħamest (5) ijiem qabel id-data tal-għeluq tal-Espressjoni (20 ta’ Frar, 2017) fl-imejl socialdialogue@gov.mt
  2. Tweġibiet mill-MSDC għandhom jiġu sottomessi sa tlett (3) ijiem qabel id-data tal-għeluq tal-Espressjoni (22 ta’ Frar, 2017)
 
Tweġibiet uffiċjali mill-MSDC ikunu kkomunikati mis-sit elettroniku tal-Ministeru (http://socialdialogue.gov.mt)
 
Sottomissjonijiet għandhom jinkludu wkoll:
 
a)    Dettalji ta’ kuntatti personali tas-sid/ien tal-bini (indirizz/i u numru/i tat-telefon);
b)    Il-lokalita’ eżatta (indirizz) tal-fond offrut;
c)     L-area offruta f’metri kwadri (kull sular) u fuq kemm–il sular qegħda mifruxa, inkluż il-faċilita’ ta’ parkeġġ;
d)    Jekk l-area offruta teżistix waħedha jew tagħmilx parti minn blokk li fih, jew jista’ jkun okkupat minn partijiet oħra;
e)    Jekk il-fond huwiex fi stat komplut (finished) li tista’ tidħol fih mill-ewwel;
f)     Il-kera annwali għandha tkun ikkwotata mingħajr VAT imma tinkludi t-taxxi u spejjeż kollha applikabbli;
g)    Il-fond m’għandux ikun aċċessibbli għal terzi persuni.
 
Disclaimers
 
a)    Is-Segretarju Permanenti jirriżerva d-dritt li jagħżel u/jew jirrifjuta wieħed jew kull proposta mibgħuta.  Huwa jista’ jiddeċiedi wkoll li ma jipproċedix bil-proċess tal-għażla.
b)    Il-proponent għandu jikkonsidra li l-Espressjoni sottomessa għandha tkun skont it-termini u kundizzjonijiet identifikati f’dan id-dokument.
c)     Il-proponent huwa responsabbli għall-ispejjeż u ħlasijiet kollha inkorsi fil-parteċipazzjoni ta’ dan il-proċess, u l-MSDC m’għandha, taħt l-ebda ċirkustanza,tinżamm responsabbli għal dawn l-ispejjeż, ħlasijiet, miżati, rimborżi, ħsara u/jew telf konnessi ma’ dan il-proċess.
d)    L-evalwazzjoni ssir skont il-prezz kull metru kwadru (li jinkludu l-faċilitajiet kollha msemmija f’dan id-dokument).
e)    L-MSDC tirriżerva d-dritt li titlob żjara fuq is-sit waqt l-istadju ta’ aġġudikazzjoni u biex titlob xi kjarifiki.  Nuqqas ta’ dan jista’ jwassal għal skwalifikazzjoni tal-proposta.
f)     Ħlas ta’ kera jitħallas bi tliet xhur bil-quddiem.
g)    Il-proposta għandha tkun iffirmata mill-Kuntrattur u/jew il-firmatarju awtorizzat.
h)    Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-Gvern japplikaw.
 
Sottomissjonijiet għandhom jaslu f’envelopp issiġillat immarkat Kunfidenzjali u mwassal bl-idejn fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Xatt il-Barriera, il-BeltValletta, u jkun ikkwotat it-titlu u n-numru ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 24 ta’ Frar, 2017.
 
 
Data
Ħin (*)
Data ta’ Pubblikazzjoni
9 ta’ Frar, 2017
Ġurnata
Data finali għal talba ta’ informazzjoni addizzjonali mingħand  il-proponent lill-MSDC
20 ta’ Frar, 2017
Ħin tal-Uffiċċju  (5.00pm*)
Data finali biex l-MSDC twieġeb għall-informazzjoni addizzjonali u talbiet ta’ kjarifika.
22 ta’ Frar, 2017
Ħin tal-Uffiċċju (5.00pm*)
Data tal-għeluq għas-Sottomissjoni tal-Espressjoni ta’ Interess.
24 ta’ Frar, 2017
(12.00pm*)