Navigate Up
Sign In

Immaniġġjar ta’ Skart Radjuattiv f’Malta

​​KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

 
 
Mingħand: Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
(
Kummissjoni għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni)
​Ippubblikata: ​14 ta' Frar 2019
​Tagħlaq: ​15 ta' Marzu 2019
​Aġġornata: ​18 ta' Marzu 2019
 

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.

Jekk jogħġbok erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.

Konsultazzjoni Oriġinali​


1.      Sfond


Sabiex Malta tkun tista’ tissalvagwardja u tassikura l-iskart radjuattiv, u, sabiex timxi mal-obligazzjonijiet internazzjonali, hemm il-bżonn li Malta ddaħħal fis-seħħ avviż legali taħt l-Att dwar is-sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni, kif ukoll ikollha Qafas Nazzjonali għall- Immaniġġjar ta’ Skart Radjuattiv​.
 

2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni

Kummissjoni għall-protezzjoni mir-radjazzjoni qed tniehdi konsultazzjoni pubblika dwar ir-regolamenti proposti għal pjan għall-Immaniġġjar ta' skart radjuattiv kif ukoll dwar il-pjan nazzjonali.
 

3. Dokumenti




4.   Sottomissjonijiet
 
Bl-imejl:   ohsa.rpb@gov.mt

Bil-posta:  Radiation Protection Commission
                17 Triq Edgar Ferro
                Pieta, PTA 1533
 
 
Is-sottomissjonijiet intbagħtu sal-15 ta' Marzu 2019.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
 
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 

 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.

 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg