Navigate Up
Sign In

Lejn Qafas għall-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA U KONKLUŻA

Go to the English version​


Mingħand: Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
(Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni)
​Ippubblikata: ​8 ta' Marzu 2019
​Tagħlaq: ​8 ta' April 2019
​Aġġornata: ​22 ta' Mejju 2019

Banner MT.jpg
RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONI: RAPPORT FINALI


Konsultazzjoni Oriġinali


1.      Sfond
 
Fl-2017, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza (MEAE) waqqaf il-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa (CCWR) magħmul minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għad-drittijiet tan-nisa sabiex iservi bħala pjattaforma għall-iżvilupp ta' proposti, ta' politika u leġislazzjoni.

Fl-2019, l-MEAE stabbilixxa t-Taqsima għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru (GMU) fid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni (HRID) bil-għan li tiżviluppa u tatwa l-ewwel strateġija u pjan ta' azzjoni nazzjonali, fir-rigward ta' l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni parallela.


2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni

L-għan ta' din il-konsultazzjoni hi li tipprovdi entitajiet governattivi, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-pubbliku in ġenerali bl-opportunità li jipprovdu proposti speċifiċi lill-Gvern fir-rigward ta' l-iżvilupp tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni u l-abbozz ta’ liġi għall-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri.

L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni:
    1. Taħseb li dawn it-tmien pilastri jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-lum fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Tixtieq iżżid jew tnaqqas xi wieħed minn dawn il-pilastri? Għaliex?
    2. Hemm xi miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed (jew aktar) mill-pilastri li tixtieq tipproponi? Jekk jogħġbok indika għalfejn dawn il-miżuri huma meħtieġa.

Leġiżlazzjoni:
    1. Taf b’xi dispożizzjonijiet diskriminatorji fil-liġi Maltija li għandhom jiġu indirizzati? Jekk jogħġbok provdi referenza għal-liġi (jekk possibbli).
    2. Liema oqsma għandu jindirizza l-abbozz ta’ liġi dwar l-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn il- Ġeneri? Għandek xi proposti speċifiċi?
    3. Hemm xi mudelli li tipproponi li l-Gvern għandu jikkunsidra fir-rigward ta' leġiżlazzjoni, qafas istituzzjonali jew fir-rigward tat-tnejn li huma? Jekk iva, x’hemm partikolarment tajjeb f’dawn il-mudelli?​
 
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg