Navigate Up
Sign In

Emenda tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
(L-Awtorità tal-Ippjanar)
​Ippubblikata: ​23 ta' Ottubru 2020
​Tagħlaq: ​6 ta' Novembru 2020
​Aġġornata: ​9 ta' Novembru 2020
 

1. Sfond

 

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi li temenda Klassi 16 tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp. L-applikazzjonijiet skont l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp huma għal kwalunkwe żviluppi proposti li m’għandhomx impatt negattiv fuq residenzi tal-madwar.

Il-bidliet ewlenin għandhom x’jaqsmu mas-sostituzzjoni tal-kliem “Parks Industrijali ta’ Malta” għal “żoni amministrati minn INDIS Malta Ltd”, u tibdil fil-għoli ta’ “ħmistax-il metru” għal “l-għoli stipulat fuq il-mappa rilevanti fi Skeda III, u ħmistax-il metru fiż-żoni l-oħra kollha amministrati mill-INDIS Malta Ltd u ż-żoni tal-Malta Enterprise”.

 
 
2. Dokumenti

Id-dokument jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-awtorità www.pa.org.mt/consultation​

 







3. Sottomissjonijiet
 
Individwi u organizzazzjonijiet kienu mistiedna jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom permezz tal-e-mail:  dno@pa.org.mt  

Is-sottomissjonijiet waslu sas-6 ta' Novembru 2020.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg