Navigate Up
Sign In

Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa – Reviżjoni tal-Linja Gwida tal-Policy Supplimentari tal-Ippjanar tal-2005 dwar Perikli ta’ Aċċidenti Maġġuri u Sustanzi Perikolużi (It-Tieni Fażi)

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
(Awtorità tal-Ippjanar)
​Ippubblikata: ​12 ta' Frar 2020
​Tagħlaq: 27 ta' Marzu 2020​
​Aġġornata: ​30 ta' Marzu 2020
 

1. Sfond

Lura fl-2005, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet approvat dokument li jistabbilixxi qafas ta’ policy ta’ ppjanar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-ippjanar għall-użu tal-art tad-Direttiva Seveso II tal-UE. Wara l-adozzjoni tat-tielet aġġornament tad-Direttiva Seveso, l-Awtorità aġġornat id-dokument tal-policy dwar l-użu tal-art biex tikkunsidra l-bidliet li joħorġu mid-Direttiva l-ġdida.

Id-Direttiva Seveso III ġiet adottata biex tieħu inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klassifikazzjoni ta’ kimiċi u drittijiet akbar għaċ-ċittadini li jkollhom aċċess għal informazzjoni u ġustizzja. Id-Direttiva tapplika għal iktar minn 12,000 impjant industrijali fl-Unjoni Ewropea fejn sustanzi perikolużi huma użati jew maħżuna fi kwantitajiet kbar, l-aktar fl-industrija tal-kimika u petrokimika, kif ukoll fis-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-ħażna ta’ fjuwil.

Id-dokument tal-Gwida tal-Policy Supplimentari tal-Ippjanar dwar Perikli ta’ Aċċidenti Maġġuri u Sustanzi Perikolużi, kif rivedut, huwa suddiviż f’żewġ partijiet. L-Ewwel Parti tittrasponi r-rekwiżiti tal-Ippjanar tal-Użu tal-Art tal-Artikolu 13 tad-Direttiva SEVESO III, filwaqt li t-Tieni Parti tistabbilixxi l-gwida tal-policy tal-ippjanar. Id-dokument tal-policy jipprovdi gwida dwar l-użu tal-art fl-eventwalità li jiġu proposti siti ġodda għall-iżvilupp ta’ impjanti industrijali li jipproduċu jew joperaw bl-użu ta’ kimiċi perikolużi. Id-dokument jikkonċerna wkoll kull modifika lil siti perikolużi eżistenti jew proposti ta’ żvilupp fil-viċinanza ta’ tali siti eżistenti. Illum il-ġurnata, hawn tnax-il impjant/sit f’Malta li għalihom japplika dan id-dokument tal-policy.

L-għan ġenerali ta’ dan id-dokument tal-policy jibqa’ dak li jitnaqqas in-numru ta’ nies li jkunu f’riskju u li titnaqqas il-probabbiltà u l-firxa ta’ ħsara f’każ li jseħħ aċċident.


2. Dokumenti

Il-proċeduri proposti
jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar:
3. Sottomissjonijiet

Sottomissjonijiet saru bil-miktub u ntbagħtu:

Bl-imejl:      seveso@pa.org.mt jew

Bil-posta:   
Planning Authority,
                   Director of Planning,
                   St Francis Ravelin,
                   Floriana   FRN1230

 

Is-sottomissjonijiet waslu sas-27 ta' Marzu 2020.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg