Navigate Up
Sign In

L-Evalwazzjoni Strateġika tal-Ambjent tal-Pjanijiet Spazjali Marittimi tal-Italja

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version​

 
Mingħand: Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
(L-Awtorità tal-Ippjanar)
​Ippubblikata: ​7 ta' Diċembru 2022
​Tagħlaq: ​21 ta' Diċembru 2022
​Aġġornata: ​22 ta' Diċembru 2022
 

1. Sfond
 
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti SEA (S.L. 549.61) u r-Regolamenti tal-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu (S.L. 552. 27), l-Awtorità tal-Ippjanar b’dan qed tinnotifika li Malta daħlet f’konsultazzjonijiet transkonfinali mal-Italja dwar l-Evalwazzjoni Strateġika tal-Ambjent tal-Pjanijiet Spazjali Marittimi tal-Italja.​


2. Dokumenti

Id-dokumenti rispettivi jinsabu fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar www.pa.org.mt/consultation

 

3. Sottomissjonijiet
 
Is-sottomissjonijiet u l-kummenti intbagħtu direttament lill-Awtorità permezz tal-indirizz elettroniku: sea_consultation@pa.org.mt

Is-sottomissjonijiet waslu sal-21 ta' Diċembru 2022.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg