Navigate Up
Sign In

Pjan Komprensiv sabiex jiġġenera is-sit madwar l-eks Jerma Palace Hotel f’Wied il-Għajn

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
​Ippubblikata: ​15 ta' Ġunju 2020
​Tagħlaq: ​29 ta' Lulju 2020
​Aġġornata: ​30 ta' Lulju 2020
 

1. Sfond

 

L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat Development Brief fuq is-sit madwar l-eks Jerma Palace Hotel u l-inħawi immedjati tagħha f’Wied il-Għajn. Il-Brief li qed jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika jfittex li jipprovdi qafas ta' ippjanar għal kwalunkwe żvilupp komprensiv futur f'dan is-sit.

Dan il-brief juri nuqqas sinifikanti fid-densità ġenerali għall-iżvilupp għal massimu ta' 65,000 metru kwadru. Dan sar wara li l-Awtorità evalwat ir-rappreżentazzjonijiet sottomessi matul il-fażi inizjali tal-konsultazzjoni pubblika. Id-densità ġenerali għall-iżvilupp matul l-objettivi proposti kienet tilħaq sa massimu ta' 100,000 metru kwadru.​ 

 
 
2. Dokumenti
 
Il-proposta dwar id-development brief tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation

 
3. Sottomissjonijiet

Individwi u organizzazzjonijiet kienu mistiedna jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub permezz tal-e-mail: smlp_consultation@pa.org.mt


Is-sottomissjonijiet waslu sad-29 ta' Lulju 2020.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

 

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg