Navigate Up
Sign In

Reviżjoni Parzjali tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta’ Malta u tad-Development Brief għal Ħal Ferħ (L-Ewwel Fażi)

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
(Awtorita' tal-Ippjanar)
​Ippubblikata: ​8 ta' Mejju 2020
​Tagħlaq: ​1 ta' Ġunju 2020
​Aġġornata: ​2 ta' Ġunju 2020

1. Sfond

Il-Gvern talab lill-Awtorità tal-Ippjanar biex twettaq reviżjoni tal-policy tal-ippjanar li tagħti direzzjoni dwar id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-użu permess tal-art fuq is-sit abbandunat tal-kumpless turistiku ta’ Ħal Ferh u ż-żoni immedjati ta’ madwaru f’Għajn Tuffieħa, Llimiti tal-Mellieħa.

Ir-reviżjoni hi intenzjonata biex temenda l-policy NWGT 1 tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta’ Malta u d-Development Brief ta’ Ħal Ferħ. L-iskop ta’ din ir-reviżjoni huwa li jiġi inkluż żvilupp residenzjali permanenti fil-lista tal-użi tal-art aċċettabbli fuq is-sit.

L-għan propost li jiggwida lill-Awtorità fir-reviżjoni tagħha huwa s-segwenti.

​Li jiġi inkluż żvilupp ta’ Klassi 1 (tal-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2014) għal żvilupp residenzjali permanenti fil-lista tal-użi aċċettabbli tal-art fuq is-sit sakemm:

(a) L-użu primarju tal-art f’termini tal-gross developable floor space (GDF) jibqa’ akkomodazzjoni turistika iżda d-Development Brief għandu jistabbilixxi wkoll bilanċ ta’ użu residenzjali;

(b) L-ebda żieda fl-GDF totali m’għandha tkun permessa;

(c) Id-Development Brief għandu jinkludi parametri ta’ ppjanar għal użu residenzjali, li  għandu jiġi żviluppat b’mod komprensiv bħala parti mill-kumpless turistiku;

(d) id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-policy NWGT 1 u tad-Development Brief għandhom jibqgħu mingħajr tibdil u mingħajr preġudizzju għall-iżvilupp diġà bil-permessi ta’ żvilupp maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-policy riveduta.

2. Dokumenti

Il-mappa li tindika ż-żona tas-sit li se tkun affettwata minn din ir-reviżjoni tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità:
www.pa.org.mt/consultation

 
 
3. Sottomissjonijiet
 
Individwi u organizzazzjonijiet kienu mistiedna jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub dwar dan l-għan propost permezz tal-e-mail: nwlp.halferh@pa.org.mt

 

Is-sottomissjonijiet waslu sal-1 ta' Ġunju 2020.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg