Navigate Up
Sign In

Il-Politika Lingwistika għas-Snin tal-Primarja f’Malta u Għawdex

​KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

 
 
Mingħand: Ministeru għall-Edukazzjoni
(
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu)
​Ippubblikata: ​17 ta' Frar 2021
​Tagħlaq: ​30 ta' Ġunju 2021
​Aġġornata: ​1 ta' Lulju 2021
 

Cover photo 2.png

1.
Sfond


Dan id-dokument ta’ konsultazzjoni huwa mibni fuq il-rakkomandazzjonijiet fil-Profil ta’ Politika Lingwistika għall-Edukazzjoni (2014) tal-Kunsill tal-Ewropa. Din il-politika lingwistika hija msejsa fuq ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fil-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin (2016) li jaħsbu biex it-tfal kollha jingħataw l-opportunità jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż. L-iskejjel primarji għandhom jingħataw is-sapport meħtieġ sabiex jiżviluppaw il-politika u l-istrateġiji lingwistiċi tagħhom u hekk jilħqu l-bżonnijiet tal-istudenti tagħhom fl-isfond tal-qafas tal-Politika Nazzjonali u f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (2012) u l-Qafas għall-Kisbiet mit-Tagħlim (2016). Il-għan ġenerali ta’ din il-Politika huwa li tippromwovi u ssaħħaħ il-bilingwiżmu tat-tfal kollha fis-Snin tal-Primarja (ta’ bejn 7 u 11-il sena). Id-dokument jagħti rakkomandazzjonijiet lit-tfal, il-ġenituri, l-edukaturi, l-
amministraturi tal-iskejjel u l-edukaturi tal-għalliema fuq kif għandhom irawmu l-bilingwiżmu fis-Snin tal-Primarja. Dawk kollha kkonċernati għandhom jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li t-tfal kollha jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa tgħhom kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.​


 
 
 
3. Sottomissjonijiet
 
Ir-risposti ntbagħtu permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi:

Billi timla l-formola onlajn.

Bl-imejl:     lara.ann.vella@ilearn.edu.mt

Bil-posta:   
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu,
                  Il-Ministeru għall-Edukazzjoni,
                  Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu,
                  Triq Ġużè Abela Scolaro,
                  ​il-Ħamrun, ĦMR1304

 

Is-sottomissjonijiet waslu sat-30 ta' Ġunju 2021.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg