Eżitu tal-Konsultazzjoni - Rapport Finali
Public Consultation on The Malta College of Arts, Science and Technology Act - Final Report by Experts.pdf
Konsultazzjoni Oriġinali
1. Sfond
L-għan prinċipali hu li l-MCAST ikollu att għalih
li jkun distint u separat minn l-Att dwar l-Edukazzjoni. L-att ifittex li
primarjament jagħti awtonomija ikbar lil MCAST bħala istituzzjoni. Għan ieħor
hu li jkun hemm rappreżentanza aħjar tal-istakeholders
fil-bordijiet fejn jittieħdu d-deċiżżjonijiet billi jitwessa l-profil nazzjonali
tal-Bord tal-Gvernaturi u jissaħħu r-relazzjonijiet mal-industrija sabiex l-eżiġenzi
u tal-industrija jkunu riflessi fil-metodi ta’ tgħalim u fil-programmi
edukattivi. L-att jippromwovi wkoll li jissaħħu l-akkontabilita u t-trasparenza
partikolarment billi jittejbu d-definizzjonijiet, ir-responsabbilitajiet u
l-komposizzjoni tal-governanza interna u l-istrutturi tal-tmexxiha biex ikun
hem razzjonalizzazzjoni tal-mod kif jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżżjonijiet.
Bħala istituzzjoni vokazzjonali qiegħda ssir emfażi sabiex jiġu ċċentralizzati
kull forma ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol bħala parti integrali tal-proċessi
ta’ edukazzjoni u tagħlim ġewwa l-MCAST, u dan in linea mal-Att dwar Tagħlim
Ibbażat fuq ix-Xogħol u l-Apprendistat (2018) u tingħata l-importanza meħtieġa
lir-riċerka applikata u ibbażata fuq l-impatt sabiex jissaħħu u jkunu aktar
innovattivi t-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali u professjonali u jilħqu
l-isfidi ta’ Industry 4.0/5.0. Barra
minn hekk, l-att jfittex li jwessa it-twassil tal-edukazzjoni u t-taħriġ
vokazzjonali f’kull livell tal-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta partikolarment
f’dak li hu titjieb u ameljorazzjoni tal-ħiliet tal-ħaddiema f’Malta.
L-Att jimmira li:
- Jindirizza aħjar id-domanda
li ġejja mill-iżvilupp tad-dinamika lokali u globali fl-ekonomija u
l-industrija u dan permezz tal-provista ta’ edukazzjoni u
taħriġ vokazzjonali b’xejn.
- Jenfasizza il-prinċiplji
legali u l-istrutturi sabiex jirriflettu il-Qafas għall-Istrateġija
Edukattiva 2020 u l-Politika Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Vokazzjonali.
- Isaħħaħ ir-rabtiet
istituzzjonali bejn il-VET fl-edukazzjoni sekondarja (My Journey) u l-edukazzjoni għola.
- Jintroduċi għall-ewwel darba fil-leġislazzjoni lokali, il-kunċett tal-VPET.
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
Taħseb
li l-profil tal-MCAST ser jittejjeb b’dan l-att?
X’impatt
taħseb li ser ikollha din il-liġi fuq l-edukazzjoni vokazzjonali f’Malta?
X’vantaġġi
hemm li l-MCAST ikun aktar awtonomu?
Taħseb li din il-liġi ser iżżid l-opportunitajiet tal-impjegabilità
tal-istudenti?
3. Dokumenti