Navigate Up
Sign In

Pjan ta’ Azzjoni Strateġika Nazzjonali ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla 2022 - 2030

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA​

 
 
Mingħand: Ministeru għall-Ed​ukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
(
L-Awtorità ta' Malta għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla)
​Ippubblikata: ​9 ta' Diċembru 2022
​Tagħlaq: ​9 ta' Jannar 2023
​Aġġornata: ​10 ta' Jannar 2023
 

1. Sfond

 

Ir-reviżjoni tal-prestazzjoni ta’ Malta sal-lum fil-qasam tal-politika edukattiva, tindika li sar progress sinifikanti fl-indirizzar tal-miri tal-UE u nazzjonali. Madankollu, dawn l-isforzi jridu jiġu sostnuti u l-lakuni li għad iridu jiġu indirizzati, pereżempju billi tinbena kultura għall-kwalità u t-trasparenza, l-għoti tas-setgħa lill-partijiet interessati, kif ukoll it-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tnaqqis tan-numru ta’ dawk li jħallu l-iskola kmieni.

Dan il-Pjan Strateġiku jidentifika t-tendenzi u l-muturi ewlenin sal-2030 u r-rilevanza tagħhom għall-edukazzjoni avvanzata u ogħla, bil-ħsieb li jiġu mmappjati u indirizzati opportunitajiet u theddid emerġenti. L-implikazzjonijiet tal-politika u l-azzjonijiet rakkomandati jenfasizzaw il-ħtieġa għal sinerġiji ta’ politika eqreb ma’ Ministeri oħra, b’mod partikolari bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-intrapriża.​

 
 
2. Dokumenti

 
 
3. Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu permezz ta’:

Imejl:   info@mfhea.mt

Posta:  Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA)
           Triq J Abela Scolaro,
           Hamrun  HMR 1304


Is-sottomissjonijiet waslu sad-9 ta' Jannar 2023.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.​

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg