Navigate Up
Sign In

Building Resilience: Transforming Services – A Mental Health Strategy for Malta 2020-2030

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version


 
Mingħand: Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Ippubblikata: ​9 ta' Jannar 2019
​Tagħlaq: ​28 ta' Frar 2019
​Aġġornata: ​1 ta' Marzu 2019
 

building resilience - banner.png

1.      Sfond
 
Il-Gvern qed jippreżenta l-abbozz tal-istrateġija għas-Saħħa Mental għall-konsultazzjoni pubblika sal-aħħar ta’ Frar 2019. Id-dokument jagħmel 75-il proposta sabiex jittratta l-isfidi rrelatati mas-saħħa mental f’Malta fl-għaxar snin li ġejjin. Din hija l-ewwel prijorita li qed tiġi ndirizzata bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa.
 
 
2.      Dokumenti



3.   Sottomissjonijiet

Is-sottomissjonijiet intbagħtu:

Billi timla l-formola onlajn jew,

Bl-imejl:        mentalhealthstrategy.health@gov.mt  jew,

Bil-posta:      Mental Health Strategy Consultation
                     Department for Policy in Health Ministry for Health
                     15, 
                     Merchants Street,
                     Valletta  VLT 1171

 

Is-sottomissjonijiet waslu sat-28 ta' Frar 2018.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.


 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg