Navigate Up
Sign In

Konsultazzjoni dwar il-liġi tal-IVF

 

Mingħand: Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa​
Ippubblikata:​ ​30 Lulju 2015
​Aġġornata:​ ​30 Lulju 2015

Din il-konsultazzjoni hija magħluqa.

Go to the English version

Sfond

 
Matul dawn l-aħħar 30 xahar (bejn Jannar 2013 u Ġunju 2015), hawn Malta, saru 411 ċiklu tal-fertilizzazzjoni in-vitro (IVF) / intracytoplasmic sperm injection (ICSI)81minn dawn iċ-ċikli saru fil-klinika l-ġdida tal-IVF fl-Isptar Mater Dei kemm ilha li bdiet topera minn Jannar 2015.  B’kollox irriżultaw 116-il tqala vijabbli minn dawn iċ-ċiklib’rata ta’ suċċess globali ta’ 28% li tikkompara tajjeb ħafna mal-aħħar figuri ppublikati mill-UK Human Fertilisation & Embryo Authority (HFEA) – 25% fl-2011. 
 
Il-gvern issa qiegħed iħares biex jevalwa l-leġiżlazzjoni tal-IVF kurrenti fil-kuntest tar-riżultati ta’ regolamenti preżenti, ta’ leġiżlazzjoni lokali ġdida li tinvolvi setturi varji tal-komunità Maltija, kif ukoll ta’ sentenzi riċenti li għaddiet il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ġie stabbilit Kumitat ta’ Ħidma Inter-Ministerjali biex jirrevedi l-IVF (Inter-Ministerial IVF Review Working Committee) li hu magħmul minn professjonisti mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
 
Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni, il-kumitat qiegħed jistieden lill-partijiet interessati kollha kif ukoll lill-pubbliku ġenerali biex jibagħtu l-kontribuzzjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom bħala parti minn din l-evalwazzjoni tal-qafas legali tal-IVF.

Il-kontribuzzjonijiet setgħu jintbagħtu b'dawn il-modi billi:

  • Timtela' l-formola Onlajn li tinsab hawn taħt; jew 
  • Bl-email fuq l-indirizz ivf-evaluation@gov.mt;  jew
  • Bil-posta lill-IVF Legislation Review Working Committee, Ministry for Energy and Health, 15 Palazzo Castellania, Merchants Street, Valletta mhux aktar tard mill-10 ta’ Awwissu 2015. 
 
Talbiet għal laqgħat ma’ organizzazzjonijiet interessati kienu aċċettati sal-4 ta’ Awwissu 2015.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.  

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

​Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.

Top Section Banner.jpg