Navigate Up
Sign In

Strateġija u Pjan ta' Azzjoni għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tar-Reżistenza Antimikrobika f'Malta (2018 -2025)

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version


Mingħand: Ministeru għas-Saħħa
(
Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa​)
​Ippubblikata: ​9 ta' Novembru 2018
​Tagħlaq: ​9 ta' Diċembru 2018
​Aġġornata: ​10 ta' Diċembru 2018
 

1.      Sfond
 
Ir-reżistenza antimikrobika (AMR) tirreferi għall-abilità tal-mikroorganiżmi li jirreżistu l-azzjoni ta' antimikrobiċi, li jseħħu meta mikroorganiżmi bħal dawn (eż. Batterji, fungi, vajrusis u parassiti li jaffettwaw il-bnedmin, annimali ta’ fuq l-art u dawk akkwatiċi u pjanti) isiru reżistenti għal antimikrobiċi bħal antibijotiċi, li jagħmlu infezzjonijiet jew mard ikkawżat minn mikro-organiżmi bħal dawn aktar diffiċli jew impossibbli li jiġu ttrattati.  Madankollu, meta jintużaw b'mod imprudenti dawn jistgħu jwasslu għal ħruġ u t-tixrid ta' mikro-organiżmi reżistenti għall-mikrobi, u li jwaslu biex iqiegħedu lil kulħadd f'riskju kbir.

Filwaqt li r-reżistenza batterika għall-antibijotiċi żviluppat b'rata mgħaġġla u saret theddida ewlenija, ġie osservat ukoll fenomenu fil-mod ta' reżistenza ta' mikroorganiżmi oħra għal antimikrobiċi bħal antifungali, antivirali u aġenti anti-parasitiċi.  Peress li l-AMR batterjoloġika għall-antibijotiċi tikkostitwixxi l-ikbar theddida sinifikanti ta' AMR, l-Istrateġija tiffoka fuq ir-reżistenza antibijotika u ma tinkludix reżistenza antimikrobika oħra, li s'issa kienet baxxa.

L-isfida ta' l-AMR hija kumplessa u l-ebda azzjoni waħda, waħedha, ma tipprovdi rispons effettiv. Għal din ir-raġuni, l-Istrateġija hija reazzjoni transsettorjali għat-theddida ta' l-AMR f'Malta.  L-attenzjoni tagħha tinsab fil-kontroll u possibilment it-treġġigħ lura tax-xejriet attwali ta' l-AMR.  L-Istrateġija tistabbilixxi għanijiet li jidentifikaw l-oqsma wesgħin fejn hija meħtieġa azzjoni integrata u simultanja.  Il-progress f'kull qasam huwa importanti biex jiżgura rispons komprensiv u jappoġġja l-progress lejn il-viżjoni ta' l-Istrateġija.

L-għan, l-objettivi u l-azzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu ġew infurmati b'reviżjoni tal-letteratura nazzjonali u internazzjonali kif ukoll minn parir espert mill-partijiet interessati ewlenin. L-Istrateġija hija konformi mal-Pjan ta' Azzjoni Globali tal-WHO dwar ir-Reżistenza Antimikrobika, l-Azzjoni tal-UE dwar ir-Reżistenza Antimikrobika kif ukoll il-Leġiżlazzjoni Nazzjonali.

 

2.      Dokumenti


 
3.   Sottomissjonijiet
 
Is-Sottomissjonijiet intbagħtu bl-imejl fuq sph.health@gov.mt


Is-sottomissjonijiet waslu sad-9 ta' Diċembru 2018.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.


Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg