Navigate Up
Sign In

Transgender Healthcare

​KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA - KONSULTAZZJONI KONKLUŻA

  
 
Mingħand: Ministeru għas-Saħħa​
Ippubblikata:
9 ta' April 2018
Tagħlaq: ​6 ta' Ġunju 2018
Aġġornata: 23 ta' Awwissu 2018



Transgender Healthcare.jpg
Riżultat tal-Konsultazzjoni: Rapport Finali
Government response to the Consultation on Transgender Healthcare.pdfGovernment response to the Consultation on Transgender Healthcare.pdf


Konsultazzjoni Oriġinali

1.        Sfond
 
Biex tiġi żviluppata sistema ta’ kura tas-saħħa li ser tkun inklużiva għall-bżonnijiet ta’ persuni transgender u li tieħu f’konsiderazzjoni l-aspetti fiżiċi, mentali u soċjali tal-kukra tal- individwu, filwaqt li tirrispetta l-identità sesswali tal-persuna. 
 
2.        Dokumenti
 

 
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbagħat e-mail fuq dan l-indirizz elettroniku:  onlineconsultations@gov.mt.
 
 

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

​​Click on the 'Online Consultation' logo to go to the Public Consultations platform.

 

Top Section Banner.jpg

Press Release Numru: PR180718​
​Data tal-ħruġ: 6 ta' April 2018