Navigate Up
Sign In

Proposta għal Liġi Ġdida dwar l-Artiġjanat Malti

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

Mingħand: Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar
(Dipartiment tal-Kummerċ​)
​Ippubblikata: 25 ta' Lulju 2019
​Tagħlaq: ​15 ta' Awwissu 2019
​Aġġornata: ​16 ta' Awwissu 2019​
 

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.

Jekk jogħġbok, erġa żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.

Konsultazzjoni Oriġinali​


1.
     
Sfond


Il-liġi
prinċipali kurrenti li tikkonċerna l-artiġjanat hija l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat (Kap 421) li tiffoka aktar fuq il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat milli fuq l-artiġjanat.  Dan l-Att jalloka lil Kunsil numru ta’ funzjonijiet, poteri u responsabiltajiet relatati mal-artiġjanat  filwaqt li jipprovdi sabiex il-Kunsill ikun magħmul fost oħrajn minn numru ta’ rappreżentanti ta’ diversi Ministeri kif ukoll minn tlett rappreżentanti li jkunu reġistrati mal-Kunsill u li jkunu eletti mill-istess membri tal-Kunsill.

Sfortunatament, sa minn meta l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat  daħal fis-seħħ, dejjem kien diffiċli biex jinstabu artiġjani li jkunu f’posizzjoni li jipparteċipaw f’dawn l-elezzjonijiet. Barra minnhekk, peress li dawk li jiġu eletti kienu jippratikaw artiġjanat partikulari, ħafna drabi ma kienx ikun hemm rappreżentanza adekwata tal-ispettrum kollu tal-artiġjanat. Dan in-nuqqas, irrizulta  li qatt ma kien hemm struttura ta’ konsultazzjoni tajba u effettiva fil-Kunsill kontrarju ghal dak li kien intenzjonat u kienet biss bl-intervent tad-Dipartiment tal-Kummerċ  li konsultazzjoni  mal-artigjani kienet possibli.

L-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ukoll  jonqos milli jipprovdi lil Kunsill bi struttura formali amministrattiva u operattiva li tgħinu biex jesegwixxi ir-responsabiltajiet tiegħu. Riżultat ta’ dan, waqt illi l-Kunsill jiltaqa’ regolarment darba fix-xahar biex jirreġistra artiġjani ġodda u biex imexxi ‘l quddiem proposti relatati mal-obbligi tiegħu, huwa d-Dipartiment tal-Kummerċ li matul is-snin eżegwixxa l-maġġoranza tak-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill. Dan sar flimkien mal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi oħra li ma kienux jirriżultaw minn laqgħat tal-Kunsill.

Finalment , l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ma jagħtix il-poter lill-Kunsill biex dan ikun jista’ jieħu xi azzjoni fil-każ ta’ vjolazzjoni li tinvolvi prodotti li skorretament ikunu ippreżentati bħala artiġjanat Malti anke meta l-istess vjolazzjoni issir minn artiġjani irreġistrati. Sfortunatament, l-Att lanqas jagħti poter lill-Kunsill biex ineħħi artiġjani mir-Reġistru li jew jiksru regolamenti u/jew kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill jew mid-Dipartiment jew inkella jkunu qed imorru kontra xi waħda mill-proviżjonijiet tal-Att u/jew Regolamenti.

Wara konsultazzjoni pubblika aktar kmieni din is-sena fejn ġie propost att ġdid biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet issa qed jiġi propost li filwaqt li tinżamm il-proposta ta’ ħolqien ta’ Ufficju tar-Reġistratur imressaq fl-abbozz preċedenti, ċerti dmirijiet jiġu mgħoddija lill-Malta Crafts Foundation li ser tiġi stabbilita biex ikun hemm iktar konċentrazjoni fuq il-promozzjoni tal-Artiġjanat Malti
.


2.      Dokumenti

3.   Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu:

Bl-imejl:       m​altacrafts@gov.mt​, jew

Bil-posta:     
Dipartiment tal-Kummerċ
                    Lascaris Bastions
            Daħlet Ġnien is-Sultan
                    Valletta   VLT 1933
 
Is-sottomissjonijiet intbagħtu sal-15 ta' Awwissu 2019.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

 

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg