Navigate Up
Sign In

Regoli tal-2019 dwar it-Trademarks

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA​
 
 
Mingħand: Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar
(
Dipartiment tal-Kummerċ​)
​Ippubblikata: ​1 ta' Novembru 2019
​Tagħlaq: ​30 ta' Novembru 2019
​Aġġornata: 2 ta' Diċembru 2019​
 

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.

Jekk jogħġbok, erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.

Konsultazzjoni Oriġinali


1.      Sfond
 

Dawn ir-Regoli huma kumplimentari għall-Att dwar it-Trademarks (Cap 597) li ġie introdott f’ Mejju ta’ 2019 u li jittrasponi d-Direttiva (EU) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks.

Dawn ir-Regoli qed jgħaqqdu flimkien ir-regoli li jinstabu fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 597.01, 597.02 u 597.03 u għalhekk, ġa la darba jidħlu fis-seħħ,  iħassru u jissostitwixxu l-imsemmija Leġislazzjoni Sussidjarja. Filwaqt li xi regoli ġew miżmuma u oħrajn ġew aġġornati, xi ‘regoli’ oħra ġew mdaħħla sabiex jirriflettu elementi ġodda li joħorġu mill-Att dwar it-Trademarks.

Barraminhekk, l-adeżjoni ppjanata ta' Malta fil-protokoll ta’ Madrid għar-Reġistrazzjoni tat-Trademarks ser tipprovdi l-possibilita’ sabiex tiġi preżentata applikazzjoni waħda u jsir ħlas ta’ sett wieħed ta’ miżati sabiex jsir applikazzjoni għall- protezzjoni ta’ trademark f’sa 122 pajjiż li jiffurmaw parti mill-protokoll ta’ Madrid. Dawn ir-regoli jiddeskrivu fid-dettal ir-rekwiziti rilevanti u l-proċessi nvoluti. ​

 
2.     Dokumenti

 
 
3.   Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu:

Billi timla l-formola onlajn,
 
Bl-imejl:    ipoffice@gov.mt

Bil-posta:  Dipartiment tal-Kummerċ
                 Lascaris Bastions
                 Daħlet Ġnien is-Sultan
                 Valletta VLT 1933​
 
 
Is-sottomissjonijiet waslu sat-30 ta' Novembru 2019.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.​ 

 

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg