Navigate Up
Sign In

Kostruzzjoni tal-pipeline bejn Malta u l-Italja - Proġett ta’ Interess komuni 5.19 Delimara Malta – Gela Sqallija, Italja

​​Konsultazzjoni mal-Pubbliku - Magħluqa u Konkluża

 
 
Mingħand: Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma
​Ippubblikata: ​2 April 2018
​Tagħlaq: ​20 Mejju 2018
​Aġġornata: ​9 Lulju 2018
 

Konsultazzjoni Magħlu​qa: Rapport Finali

Legislative Public Consultations final clean 130618.pdfLegislative Public Consultations final clean 130618.pdf

Konsultazzjoni Oriġinali

1. Sfond


Fid-dawl tal-konklużżjonijiet tal-Kunsill Ewropej mlaqqa’ l-4 ta’ Frar 2011, fejn il-kunsill innotta li “L-ebda stat membru m’għandu jibqa’ iżolat mill-infrastruttura ta’ gass Ewropew u mid-distribuzzjoni tal-elettriku wara l-2015, jew ikollu s-sigurta tal-enerġija mminata minħabba nuqqas ta’ konnessjonijiet approprjati; billi l-konklużżjonijiet tal-Kunsill Ewropew mlaqqa’ f’Ottubru 2014 il-proġett ta’ Malta ġie speċifikament imsemmi bħala proġett li għandu jkollu attenzjoni speċjali fil-kuntest ta’ implementazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni; u billi f’Marzu 2015 il-konklużżjonijiet tal-Kunsill Ewropew irrimarka li għandu jkun hemm aċċelerazzjoni fi proġetti infrastrutturali, “inkluż l-interkonnessjonijiet fir-reġjuni tal-periferija” u qafas strateġiku għall-Unjoni Ewropeja reżiljenti b’politika li tħares il-quddiem li ttemm l-l-iżolament fl-ambitu tan-netwerk tal-gass u l-elettriku, il-Gvern ta’ Malta hu komess li jimplementa konnessjoni tal-gass mas-sistena Trans-Ewropew tal-gass naturali tal-ewropa sabiex itemm l-iżolazzjoni ta’ Malta.


L-interkonnesjoni bi-direzzjonali b’pajplajn ta’ 159km proposta bejn Malta u l-Italja, b’kapaċita ta’ 232,000Sm3 b’dijametru ta 22 pulzier, għandha tiġi installata bejn Delimara, Malta u Gela, Sqallija. It-tul tal-parti fuq l-art fi Sqallija, bejn it-terminal u x-xatt fi Sqallija ser ikolla distanza ta’ madwar 7.1km, filwaqt li d-distanza fuq l-art f’Delimara bejn it-terminal u l-baħar se jkun ta’ madwar 0.7km. Ta’ min isemmi li l-pajplajn fuq l-art f’Delimara ser jitwassal sat-terminal permezz ta’ mina mħaffra bejn in-naħa tal-lvant ta’ Delimara u t-terminal li ser isir in-naħa tal- power station.

Il-proġett ser jgħaqqad lil Malta man-netwerk Ewropew u ser jikkontribwixxi sabiex jintegra s-suq intern ewropew. Barra minn hekk, permezz tal-proġett:
  • L-importazzjoni ta’ gass naturali għall-produzzjoni tal-elettriku ma tibqax iseħħ permezz tal-LNG.
  • Is-sistema issir iktar flessibli peress li tista tikkontribwixxi għall-possibilita ta’ reverse flow li ssarraf f’iktar flessibilita u sigurta.
  • L-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija ser tiġi ikkumplimentata peress li l-proġett ser iġib diversifikazzjoni tar-riżorsi, rotot, kif ukoll fornituri tal-gass naturali.
  • Ser jittejjeb l-istabbilita u s-sigurta fil-provvista tal-enerġija.
  • Ser jiġi eliminat il-bżonn li l-gass jiġi likwefatt u trasportat permezz ta’ vapuri hekk kif jiġri b’LNG, b’hekk Malta ser tikkontribwixxi fir-riduzzjoni ta’ GHG peress li l-importazzjoni tal-gass ser isir b’mod iktar effiċjenti.


Il-proġett jikkonsisti:
  • F’stazzjon terminali f’Gela ta’ madwar 4,390m2 li jgħaqqad il-pipeline ma’ SNAM Reta Gas Network ġewwa Sqallija.
  • Tlett Block Valve Stations matul ir-rotta ta’ Gela peress li l-pipeline ser jgħaddi minn taht żewġ linji ta’ ferrovija u tliet toroq. 
  • Pajp ta’ 22 pulzier b’distanza ta’ madwar 7.1km mgħoddija taħt l-art bejn l-istazzjon terminali u x-xatt f’Gela.
  • Pajp ta’ 22 pulzier b’distanza ta’ madwar 151km mgħoddi taħt il-baħar bejn ix-Xatt ta’ Gela u l-istazzjon terminali ġo Delimara li minnhom madwar 0.7km ser jgħaddu minn mina taħt il-blat tal-peniżola ta’ Delimara.
  • L-istazzjon terminali ta’ Delimara ser jokkupa madwar 3,640m2 u ser jkun installat ġewwa il-Power Station ta’ Delimara

Il-mina f’Delimara bejn ix-xatt u l-impjant hi mistennija li ssir permezz ta’ metodu magħruf bħala Horizontal Direction Drilling (HDD). Ir-rotta hi ta’ madwar 1km, li 700 metru minnhom ser ikunu fuq l-art. Peress li l-art qiegħdha f’livell għola mir-rotta prevista, l-għelieqi, t-toroq u l-pajsagg ta’ Delimara mhux mistennija li jiġu disturbati.


Ir-rotta fil-baħar

Ir-rotta proposta, b’kuritur wiesgħa 1.2km ġie propost bil-ħsieb li jevita jew jimminimizza kemm jista jkun l-impatt fuq l-qiegħ tal-baħar u żoni potenzjalment geologikament instabbli. Barra minn hekk ir-rotta qiegħda tevita pipeline ieħor magħruf bħala Greenstream, zonii fejn hemm sikkek fejn jankraw opri tal-baħar, restrizzjonijiet ikkawżati minn żoni riżervati għall-akwakultura, u dawk riservati għall-bunkering. Ir-rotta proposta qiegħda ukoll tieħu ħsieb ir-restrizzjonijiet li jġibu magħhom liwji u r-raġġ tal-pajp kif ukoll il-fatt li l-approċċ lejn ix-xatt għandha tiġi għad-dritt. Barra minn hekk, ir-rotta magħżula kkunsidrat:
  • Li tevita u timminimizza attivita umana madwar ir-rotta
  • L-Impatt fuq l-ambjent
  • Arji ta’ sensittivita ambjentali
  • Timminimizza r-riskji relatati ma fatturi tal-qiegħ bħal attivita geofiżika
  • Restrizzjonijiet minn kejbils eżistenti u ħtieġa li jista jkollhom partijiet terzi u awtoritajiet varji


Fatti interessanti

Mir-rotta ta’ 151km fil-baħar, 63 –il km ser ikunu installati f’territorji Taljani.
Ir-rotta magħzula ser tlaħħaq fond ta’ 158 –il metru.
Viċin ix-xatt, sa 30 metru fond il- il-pipe ser jiġi midfun, filwaqt li l-pajp ser jitpoġġa fuq il-qiegħ fejn l-qiegħ ikun iktar fond.


Finanzjament

L-istudji preliminari, inkluż l-EIA u studji tekniċi hekk kif meħtieġa mill-proċeduri tal-permessi għall-kostruzzjoni tal-Pipeline taħt l-iskema tal-proġetti ta’ interess komuni  5,19(PCI) qed jiġu iffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja taħt l-programm, Connecting Europe Facility (CEF) program għal 2014-2020.

 
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni

Skond Artiklu 9 (4) tar-regolament Ten-E, il-promotur tal-Proġett ta’ Interess Komuni 5.19 hu obbligat jagħmel konsultazzjoni pubblika kemm f’Malta kif ukoll l-Italja qabel l-bidu tal-proċeduri sabiex jibdew l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtieġa.

Is-smigħ pubbliku se jitwettaq kif ġej:

Fl-10 ta' April 2018, Marsaxlokk, Malta

Fis-17 ta' April 2018, Gela, Sqallija, l-Italja

Fit-18 ta’ April 2018, Palermo, Sqallija, l-Italja

Fid-19 ta' April 2018, Ruma, l-Italja

Minbarra s-seduti pubbliċi, il-pubbliku ġenerali huwa mistieden mill-Ministeru tal-Enerġija u l-Ilma (MEW), bħala l-Promotur tal-Proġett, biex jissottometti l-kummenti bil-miktub għadd-dokumenti li jistgħu jinkisbu hawn taħt.​

 

3. Dokumenti

Dawn jistgħu jiġu mniżżla minn:

Project webpage:

Il-kunċett ta’ konsultazzjoni pubblika skond Artiklu 9 u anness VI tar-regolament TEN-E,  li ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Malta u l-Italja jistgħu jiġu aċċessati mil-link:

Il-Fuljett ta’ Informazzjoni tal-proġett skond Artiklu 9 u Anness VI tar-regolament TEN-E:
http://www.energywateragency.gov.mt/leaflet/ 

Is-Sinteżi mhux teknika skond artiklu 9 u anness VI  tar-regolament TEN-E:
http://www.energywateragency.gov.mt/non-technical-summary/ 

Deskrizzjoni tal-proġett u informazzjoni oħra relatata mal- proċess tal-EIA Malti jistgħu jinsabu fuq is-sit tal- Environment and Resources Authority (ERA) permezz tal-link:
https://era.org.mt/en/Pages/EA-0004316-.aspx​

 
 
 

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg