1. Sfond
Il-Ministeru
għall-Ambjent, l-Enerġija
u l-Intrapriża
nieda l-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp
Sostenibbli 2050 għal konsultazzjoni pubblika.
L-Istrateġija
hija dokument ambizzjuż li jsarraf il-Viżjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 f’politika strateġika li tħares l-ambjent u
l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Gżejjer Maltin.
Dan id-dokument strateġiku jsegwi d-direzzjoni
stabbilita mill-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda filwaqt li jintegra
azzjonijiet fil-ħidma kollha tal-Gvern u jiżgura li l-għanijiet u l-miri stabbiliti jintlaħqu
bl-aktar mod effettiv.
Dan
id-dokument
strateġiku jistabbilixxi
ħames Għanijiet Strateġiċi
għall-2050:

L-implimentazzjoni ta’ dawn
l-Għanijiet Strateġiċi ser
ikunu mkejla
permezz ta’ sett ta’ miri
li ser jiġu tradotti f’azzjonijiet
konkreti fil-fażi li jmiss tal-Istrateġija, li ser tkun il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli
2030.

2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
Il-Ministeru
għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża qed jistieden lill-pubbliku biex jibgħat suġġerimenti u
jissottometti kummenti bil-miktub dwar l-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp
Sostenibbli 2050.
3. Dokumenti
4. Sottomissjonijiet
Sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b'wieħed minn dawn il-metodi:
Bil-posta: Ministry for the Environment, Energy and Enterprise
Sustainable Development Directorate
6, Qormi Road,
Santa Venera,
Malta
Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu sal-Ħamis, 9 ta' Frar 2023.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.