Navigate Up
Sign In

(l-Abozz) Strateġija Nazzjonali għar-Riċerka u Innovazzjoni fl-Enerġija u l-Ilma (2021-2030)

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA​

 
 
Mingħand: Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma
(
L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma)
​Ippubblikata: 19 ta’ Diċembru 2019 
​Tagħlaq: 7 ta’ Frar 2020 
​Aġġornata: ​11 ta' Frar 2020
 

1. Sfond


L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma qegħda tiżviluppa strateġija għar-riċerka u l-innovazzjoni, speċifikament għas-setturi tal-enerġija u l-ilma. Din ħa tagħti direzzjoni għas-sapport mill-Gvern għax-xogħol ta’ R&I f’dawn is-setturi għall-għaxar snin li ġejjin.
F’dan l-istadju, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma qegħda titlob kummenti mill-istakeholders konċernati u l-publiku fuq l-abozz tal-Istrateġija Nazzjonali għar-Riċerka u Innovazzjoni fl-Enerġija u l-Ilma. 

 
 
2. Dokumenti

​ 
3. Sottomissjonijiet

Ir-risposti intbagħtu:​
 
Bl-imejl:   rni-energywateragency@gov.mt; jew
 
Bil-posta: The Energy and Water Agency, 
                WSC, 
                Qormi Road,
                Luqa​

 

Is-sottomissjonijiet waslu sas-7 ta’ Frar 2020.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg