Navigate Up
Sign In

Il-futur tar-riċerka fuq il-Kanċer – Post-2020

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version​

 
Mingħand: Ministeru għall-Finanzi
(
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija​)
​Ippubblikata: ​21 ta' Jannar 2020
​Tagħlaq: ​15 ta' Marzu 2020
​Aġġornata: ​16 ta' Marzu 2020

future of cancer research - logo.jpg

1.      Sfond
 
L-għan ta' dan l-istħarriġ huwa li jiġbor l-opinjoni u s-suġġerimenti miċ-ċittadini u n-negozji dwar il-futur ta' Malta fir-Riċerka fuq il-Kanċer. Nixtiequ nifhmu fuq xiex għandha tiffoka Malta, u jekk għandniex inħarsu lejn oqsma ġodda u eċċitanti li permezz ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, jistgħu jipprovdu kura u trattamenti aħjar għal-kanċer. Aħna rridu nifhmu l-isfidi u l-opportunitajiet ta' Malta u nirċievu kontribut dwar ideat u oqsma ta' prijorità fuq din it-tema.


2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni

Il-mistoqsijiet qegħdin fil-link tal-istħarriġ online​ li tista' ssib aktar l-isfel.

 
3.   Sottomissjonijiet

Is-sottomissjonijiet setgħu jsiru billi timla' l-formola onlajn li tinstab hawn:
https://www.surveymonkey.com/r/2W7R797​

 
Is-sottomissjonijiet waslu sal-15 ta' Marzu 2020.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg