
Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.
Jekk jogħġbok erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.
Konsultazzjoni Oriġinali
1. Sfond
Il-Ministeru
għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Sigurta` Soċjali ilu mill-bidu ta’ din
il-leġiżlatura impenjat sabiex iġib bidla katalista fil-liġi lokali rigward
it-tfal. Il-promulgazzjoni u sussegwentement id-dħul fis-seħħ tal-Att Dwar
il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta
kienet il-qatra fl-ilma li għamlet l-effett taċ-ċrieki billi bdiet ix-xogħol
fuq aspetti oħra tal-liġi. Aspett wieħed tal-liġi lokali li fih hemm bżonn ta’
reviżjoni, diskussjoni u emendi huwa dak tal-addozzjonijiet lokali.
L-addozzjonijiet
f’Malta huma regolati bil-Kodiċi Ċivili li ma kienx suġġett għal ebda emendi
aktar kmieni din is-sena meta l-Kap. 602 daħal fis-seħħ. L-Addozzjonijiet huma
suġġett partikolarment sensittiv minħabba l-qtugħ tar-rabtiet legali minn
mal-familja naturali u l-konsolidazzjoni tar-rabtiet legali ġodda mal-familja
addottattiva.
Il-Ministeru
huwa konxju illi fl-istat preżenti, ċittadini Maltin li għandhom ix-xewqa li
jaddottaw isibu li l-addozzjoni minn pajjiż ieħor għal raġuni jew oħra tkun
aktar adatta għall-bżonnijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Ministeru huwa
konxju tal-ammont tat-tfal li bħalissa jinsabu
fis-sistema ta’ kura alternattiva u li għalhekk qegħdin jitilfu
mill-opportunita` li jgħixu u jiffjorixxu f’ambjent ta’ familja. Li tissaħħaħ
ferm l-għaqda bejn dawn il-bżonnijiet billi tittejjeb il-liġi lokali huwa
eżerċizzju li ma jistax jistenna aktar u dan il-Ministeru qiegħed jieħu
l-impenn li jagħmel dan fil-ġimgħat li ġejjin. F’dan l-istadju, il-Ministeru
qed jippreżenta sett ta’ proposti li ser ikunu qegħdin jiġu eżaminati aktar
fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Partijiet interessati u professjonisti huma
mistiedna jibagħtu r-reazzjonijiet tagħhom fuq il-liġi kurrenti u proposti
għar-riforma lill-Ministeru sabiex l-istess reazzjonijiet u proposti jiġu
eżaminati u jiġi kkunsidrati meta jkun
qiegħed isir l-abbozzar tal-emendi fil-liġi.
2. Dokumenti
3. Sottomissjonijiet
Entitajiet
differenti diġà ħejjew studji u proposti għar-riformi tal-liġi dwar
l-addozzjoni. Il-Ministeru waqqaf tim biex jabbozza l-liġi, u dan ser ikun
qiegħed jiġbor reazzjonijiet mill-persuni interessati u mill- professjonisti li jaħdmu f’dan
il-qasam sabiex jeżamina l-proposti mibgħuta.
Il-Ministeru se
jkun qed jassigura li ssir konsultazzjoni mat-tfal li jinsabu fis-sistema ta’
kura alternattiva. Dan sabiex ikun assigurat li t-tfal jgħidu tagħhom fuq dan
is-suġġett delikat li primarjament jolqot lilhom.
Il-Ministeru
jilqa’ reazzjonijiet u proposti minn persuni interessati, ġenituri, minuri li
huma addottati, professjonisti, akkademiċi u kull min għandu xi kontribut
x’jagħti.
Kull min xtaq jipparteċipa f’din il-konsultazzjoni pubblika seta' jibgħat email
bis-suġġerimenti fuq localadoptions@gov.mt
Is-sottomissjonijiet waslu sal-31 ta' Diċembru 2020.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.