Navigate Up
Sign In

Standards Soċjali Regolatorji għal Servizzi ta’ Kura għal Anzjani b’Kundizzjonijiet Kroniċi u b’Dipendenza Għolja

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA U KONKLUŻA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
(Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali)
​Ippubblikata: ​2 ta' Ottubru 2019
​Tagħlaq: ​1 ta' Novembru 2019
​Aġġornata: ​7 ta' Novembru 2019
 

Riżultat tal-Konsultazzjoni: Rapport Finali

Public Consultation outcome report.pdfPublic Consultation outcome report.pdf

Konsultazzjoni Oriġinali​



1.      Sfond

L-Istandards Soċjali Regolatorji ta’ Servizzi ta’ Kura għal Anzjani b’Kundizzjonijiet Kroniċi u b’Dipendenza Għolja stabbiliti mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) għandhom jiżguraw li min jipprovdi servizz għandu jkun servizz ta 'kwalità ogħla li jilħaq u jaqbeż il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet ta' persuni anzjani. Kull standard huwa miżjud b'numru ta’ indikaturi ta' kwalità u l-indikaturi tal-kwalità jindirizzaw lill-fornitur tas-servizz. Dawn l-Istandards Soċjali Regolatorji se jiġu riveduti regolarment mill-SCSA mal-partijiet interessati kollha biex jiġi żgurat li jibqgħu validi u aġġornati.


2.
     
Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
  • X'inhi r-reazzjoni tiegħek dwar l-Istandards Soċjali Regolatorji ta’ Servizzi ta’ Kura għal Anzjani b’Kundizzjonijiet Kroniċi u b’Dipendenza Għolja?
  • Għandek xi suġġerimenti oħra?

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg