Navigate Up
Sign In

Strateġija Nazzjonali dwar l-Adozzjoni għat-Tfal u l-Familji tagħhom (2019 – 2022)

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali
(Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali)
​Ippubblikata: ​26 ta' Marzu 2019
​Tagħlaq: ​3 ta' Mejju 2019
​Aġġornata: ​6 ta' Mejju 2019
 

1.      Sfond

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) bħala regolatur tal-aġenziji tal-adozzjoni, għamlet waħda mill-prijorità tagħha li tiffoka fuq it-tfal li jkunu għaddejjin mill-proċess tal-adozzjoni. F’Diċembru tal-2018, l-SCSA nediet l-ewwel set ta’ Standards Soċjali Regolatorji għall-Adozzjoni tat-Tfal, kif ukoll Linji Gwida għall-aġenzji tal-adozzjoni akkreditati sabiex jimplementaw dawn l-iStandards. L-SCSA ħasset il-bżonn li jkun hemm Strateġija Nazzjonali sabiex tkompli tespandi u ttejjeb is-servizzi mogħtija lit-tfal u l-familji tagħhom. Din l-Istrateġija Nazzjonali għandha l-għan li tiżgura li dawn is-servizzi ta’ kwalità jkunu msejsa fuq il-parteċipazzjoni attiva tat-tfal inkluż il-ksib tal-opinjoni tat-tfal skont l-età u l-livell ta' fehim tagħhom. Barra minn hekk, jafferma l-motivazzjoni biex it-tfal jiġu kkunsidrati bħala meħlusa għal adozzjoni hija li dawn it-tfal ikunu maħbubin, imrawwma u huma megħjuna jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom mill-familji ġodda tagħhom, meta dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħux jintlaħqu b'mod permanenti b'ħarsien alternattiv ieħor.


2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni

X'inhi r-reazzjoni tiegħek Strateġija Nazzjonali dwar l-Adozzjoni għat-Tfal u l-Familji tagħhom (2019 – 2022)?
Għandek xi suġġerimenti oħra?


3.   Dokumenti



4.   Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu permezz ta’:

Bl-imejl:       feedback.scsa@gov.mt

Bil-posta:     Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali
                    469, Bugeia Institute,
                    St Joseph High Road,
                    Santa Venera

Bit-telefon:   
2549 4474


​Is-sottomissjonijiet ntbagħtu sat-3 ta' Mejju 2019.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg