Navigate Up
Sign In

Viżjoni Soċjali Għal Malta 2035: Insawru l-Futur tas-Soċjetà Tagħna

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
(It-Taqsima tar-Riċerka u l-Valutazzjoni, Diviżjoni għar-Riċerka, il-Politika u l-Operat)
​Ippubblikata: ​10 ta' Ġunju 2022
​Tagħlaq: ​8 ta' Lulju 2022
​Aġġornata: ​11 ta' Lulju 2022
 

 

1.      Sfond


Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (MSPC), wara sensiela ta’ laqghat, żviluppa dokument għall-konsultazzjoni pubblika li jiddeskrivi l-aspirazzjonijiet ta’ Malta għas-soċjetà Maltija għall-2035. Il-Viżjoni Soċjali Għal Malta Għall-2035 jimmira biex jipprovdi qafas[1] biex jiggwida l-iżvilupp tas-settur soċjali fuq medda ta’ żmien medju sa twil. Id-dokument ta' viżjoni huwa maħsub biex jibni fuq strateġiji eżistenti, filwaqt li fl-istess ħin iwitti t-triq biex jittejjeb l-iżvilupp tal-politika u b'hekk jiġu indirizzati aħjar l-isfidi attwali u futuri.

Id-dokument ta’ konsultazzjoni pubblika jidentifika ħdax-il qasam tematiku, jiġifieri: Il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali; Il-Familji; It-Tfulija; Iż-Żgħożija; L-Anzjanità; Il-Vizzji tas-Sustanzi, l-Imħatri u Imġieba Oħra; L-Integrazzjoni ta' Eks Kriminalii; Il-Persuni b'Diżabilità; Persuni li Jidentifikaw bħala LGBTIQ; Il-Vjolenza, l-Abbuż u l-Isfruttament; u l-Migrazzjoni.

L-indirizzar tal-bżonnijiet diversi u li qed jinbidlu tas-soċjetà Maltija jeħtieġ sforz ippjanat u kkoordinat bil-ħsieb li jintlaħqu l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini. F'dan ir-rigward, ġew identifikati għadd ta' għanijiet ta' politika futuri ta' livell għoli għal kull qasam tematiku, li huma mistennija li jkunu l-bażi għall-iżvilupp tal-politika fis-snin li ġejji​n.



[1] Minħabba li dan huwa qafas ta' livell għoli, l-ebda baġit ma huwa meħtieġ f'dan il-mument. Se jkunu meħtieġa riżorsi finanzjarji fil-livell ta' strateġiji, politiki u pjanijiet li joħorġu minnha.



2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
 
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jissottometti kummenti bil-miktub dwar l-imsemmija dokumentazzjoni. 
 
 
 
3.   Dokumenti




4.   Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu:

Bl-imejl:      research.rpod@gov.mt
 
Bil-posta:    It-Taqsima tar-Riċerka u l-Valutazzjoni,
                  Diviżjoni għar-Riċerka, il-Politika u l-Operat,
                  Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal (MSPC),
                  Palazzo Ferreria,
                  310, Triq ir-Repubblika,
                  Il-Belt Valletta. Malta.
 

Is-sottomissjonijiet waslu sat-8 ta' Lulju 2022.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg