
1. Sfond
Tul is-snin, l-istrutturi preżenti tal-Qrati
tal-Ġustizzja fiċ-Ċittadella f’Għawdex, servew ta’ post denju u adegwat biex
fihom isir ix-xogħol tal-ġudikatura. Dan
kien ifisser li l-Għawdxin jistgħu jinqdew minn Għawdex stess mingħajr bżonn li
jirrikorru fi Qrati f’Malta.
B’sitwazzjonijiet ta’ realtajiet dejjem aktar mgħaġġla fil-ħajja
ta’ kull Għawdxi, u konxji mill-fatt li l-aċċessibilita’, illum aktar minn qatt
qabel, saret prijorita’ mhux biss għall-isfera partikolari tas-soċjeta’ tagħna,
iżda b’moda ħolistiku u li tolqot lil kulħadd, intweriet ix-xewqa li s-sede
tal-Qrati Għawdxin tibdel il-post tagħha sabiex tkun aktar aċċessibbli u aktar
moderna għaż-żminijiet tal-illum.
Amministrazzjonijiet preċedenti kienu lkoll fi qbil ma’
din il-viżjoni ta’ Qrati ġodda, u anke bdew xi studji dwar diversi postijiet li
setgħu jieħdu post il-Qrati preżenti f’sit partikolari.
Is-sit li fuqu kien propost li jinbena l-bini tal-Qorti ġdid u parkeġġ taħt
l-art, preżentament jaqdi l-funzjoni ta’ parkeġġ pubbliku. Oriġinaljament,
il-binja tal-Qorti l-ġdida kellha ssir fuq multistorey car park mifrux fuq
ħames (5) sulari. Għaldaqstant, dan il-bini kien ser jirrikjedi skavar fil-fond
biex jinbnew padamenti sodi li fuqhom kellha tistrieħ il-binja.
Instabu diversi sfidi fis-sit propost fosthom problemi ta’
tafal u difett fit-terren.Permezz ta’ dan l-istudju ġeoloġiku, nstab il-punt
eżatt ta’ fejn hemm il-problema li kienet qiegħda eżatt taħt is-sit propost
għall-Qorti. Fuq parir tal-periti u esperti oħra, il-Ministeru kellu jiħu
d-deċizjoni li jinstab sit ieħor peress li d-difett fil-blat kien ser ikun
periklu reali l-ħin kollu.
Iffaċjati b’din l-isfida ġdida, l-Ministeru għal Għawdex kellu
jieħu d-deċiżjoni li jinkariga l-esperti sabiex jiddentifikaw siti potenzjali
li jistgħu jokkupaw dan il-proġett tant importanti għall-gzira ta’ Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex talbet li s-siti proposti iridu jkunu ċentrali u
adegwati għal dan il-għan billi jkunu siguri u joffri spazju biżżejjed biex
il-binja tkun tista’ tospita l-bini tal-Qorti u spazji għall-parkeġġ. Apparti
hekk, il-binja trid tkun kompletament aċċessibli, toffri faċilitajiet anċellari
u mibnija b’metodi moderni sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali.
Wara eżerċizzju serju u tekniku, ġie identifikat sit
preferut bejn ir-Rabat u x-Xewkija, maġenb il-hub tal-informatika viċin l-eks
MDP u l-kumapnija RS2. Dan huwa sit
faċli u parti minn riġenerazzjoni taż-żona kollha.
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
a.
Taqbel mal-post indikat bħala post ġdid għall-bini tal-Qrati ġodda? Jekk le, tista’ tindika post alternattiv?
b.
X’tixtieq li tinkludi l-istruttura ġdida tal-Qrati Għawdxin?
c.
X’tixtieq li jkun hemm ġdid fil-Qorti l-ġdid li mhux eżistenti fil-Qorti
preżenti?
3. Sottomissjonijiet
Bil-formola onlajn.
jew
jew
Bil-posta: Konsultazzjoni Pubblika - Qrati Ġodda f'Għawdex, Ministeru
Għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, Rabat Għawdex
Is-sottomissjonijiet waslu sas-17 ta' Diċembru, 2017.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.