Navigate Up
Sign In

Strateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex - 2021-2030

​​KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

 
 
Mingħand: Ministeru għal Għawdex
(
Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex)​
​Ippubblikata: ​11 ta' Lulju 2021
​Tagħlaq: ​31 ta' Awwissu 2021
​Aġġornata: ​15 ta' Ottubru 2021
 

 

1.      Sfond

L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex qed tniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika biex tfassal l-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex. Din l-istrateġija, li tkopri l-perjodu 2021-2030, se tiffoka fuq 8 oqsma li l-Awtorità identifikat bħala kruċjali għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ Għawdex.



2.      Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni

    1. Taqbel mal-viżjoni li qed tiġi proposta mill-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex?
    2. Hemm bżonn li din l-istrateġija tindirizza xi oqsma oħra partikolari apparti it-8 oqsma diġà msemmija?
    3. Liema miżuri addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda ma' dawk elenkati fid-dokument ta' konsultazzjoni?
    4. Taqbel mal-kunċett li l-livell tal-għajxien ma jiddependux esklussivament mid-dħul? Liema fatturi oħra għandhom jiġu kkunsidrati?
    5. Taħseb li hemm kompromess bejn it-tkabbir ekonomiku u l-konservazzjoni tal-ambjent naturali? Jekk iva, liema piż għandu jingħata lill-ambjent naturali vis-à-vis l-ekonomija?
    6. B’liema modi jistgħu jintużaw inċentivi fiskali biex jiġbdu aktar negozju f’Għawdex?
    7. Għawdex kif jista' jibbenefika aktar mir-Riċerka u l-Innovazzjoni?
    8. Kif nistgħu niddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija? Liema niċeċ ekonomiċi oħra għandhom ikunu mmirati?
    9. X'inhuma l-fehmiet tiegħek dwar ir-rabta bejn l-iżvilupp soċjali, l-inklussività u il-bidla soċjali li qed isseħħ f’Għawdex?
    10. Tara rwol ikbar għall-kultura, l-istorja u l-arti f'Għawdex?
    11. Għawdex kif jista' jegħleb l-isfida ta’ limitazjonijiet ta’ riżorsi naturali?
    12. Kemm hi importanti l-konnettività ma’ Malta?
    13. Taqbel mal-metodoloġija proposta għall-prijoritizzazzjoni tal-miżuri?
    14. X'inhuma l-opinjonijiet tiegħek dwar l-involviment tas-settur privat fl-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi?
 
3.   Dokumenti




4.   Sottomissjonijiet​

Ir-risposti ntbagħtu permezz ta’ waħda minn dawn:
 

Bl-imejl:      consultations.grda@grda.mt

Bil-posta:    204, Gozo Innovation Hub,
                   Triq il-Pitkalija,
                   Xewkija,  XWK 3000
                   ​Għawdex


Is-sottomissjonijiet waslu sal-31 ta' Awwissu 2021.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  ​

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg