Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.
Jekk jogħġbok, erġa' żur din il-paġna biex tnizzel ir-rapport finali.
Konsultazzjoni Oriġinali.
1. Sfond
Il-Gvern huwa tal-fehma li
wasal iż-żmien li f’pajjiżna jiġu introdotti sistemi korrettivi aktar moderni.
Għalhekk permezz ta’ din il-white paper qed imexxi konsultazzjoni
pubblika dwar moniteraġġ elettroniku.
Din is-sistema għandha sservi
sabiex jiġi sospiż l-obbligu li detenut jkun konfinat fil-Faċilita’ Korrettiva
ta’ Kordin f’sentenzi minuri. B’hekk se tkun faċilitata l-integrazzjoni tagħhom
lura fis-soċjetà, filwaqt li jingħata serħan il-moħħ lill-komunità u
lill-vittmi tal-kriminalità.
Prinċipji
ġenerali
Permezz ta’ din l-“White paper”
l-Gvern kommess li jilleġisla sistemi legali relatati mal-użu tal-moniteraġġ
elettroniku.
Il-qofol ta’ dan l-Abbozz ta’
Liġi jipprovdi li l-moniteraġġ elettroniku jkun possibbli li jinħareġ skont li
ġej:
- Sentenzi mill-Qrati tal-Ġustizzja, jew;
- Ir-regolamenti dwar il-Prison Leave, jew;
- Ir-regolamenti marbuta mal-Bord tal-Parole.
Regolamenti
L-Abbozz propost ser jiddisponi r-regolamenti dettaljati għat-tħaddim aħjar tas-sistema tal-moniteraġġ elettroniku.
Il-Qorti tkun tista’ toħroġ ordni fir-rigward ta’ persuni kkundannati għal-piena ta’ priġunerija effettiva ta’ mhux aktar minn sena, u diment li ir-reat imwettaq ma jkunx suġġett għal aktar minn piena massima ta’ sentejn priġunerija. Dan isir taħt il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti, inkluż il-possibilità li persuni jkunu jistgħu jżommu l-post tax-xogħol tagħhom, jew jibqgħu isegwu kors ta’ tagħlim f’xi istituzzjoni edukattiva.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jista’ joħroġ ordni fir-rigward ta’ priġunier li jibbenefika minn prison leave skont ir-regolamenti tal-Ħabs.
Il-Bord tal-Parole se jkollu l-faċilità li joħroġ ordni fir-rigward ta’ priġunieri li jingħataw il-parole skont l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Persuna misjuba ħatja minn Qorti mhux ser tkun eleġibli sabiex tibbenefika minn Ordni ta’ Moniteraġġ Eletroniku jekk ir-reat jkun in konnessjoni ma’:
- Vjolenza Domestika;
- Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru;
- Każijiet fejn l-individwu jkun reġistrat fir-reġistru skont atikolu 3 tal-Att dwar reġistrazzjoni għall-protezzjoni tal-minuri;
- F’każijiet fejn l-obbligazzjoni ta’ manteniment b’ordni tal-qorti jew kuntratt ma nżammietx;
- F’każijiet ta’ fejn ma nżammietx ordni ta’ Qorti jew kuntratt dwar aċċess għall-ulied.
L-Abbozz
ta’ Liġi qed jiġi akkumpanjat minn regolamenti li jistabbilixxu provedimenti
dettaljati dwar il-moniteraġġ, kif ukoll dwar l-osservazzjoni ta’
kundizzjonijiet ta’ moniteraġġ ta’ persuni suġġetti għall-ordni ta’ moniteraġġ
eletroniku u anke il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ ksur tal-istess
regolamenti.
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
Il-pubbliku qed jiġi mistieden
jikkontribwixxi billi jibgħat il-kummenti, l-ħsibijiet u s-suġġerimenti f’din
il-White Paper.
3. Dokumenti
4. Sottomissjonijiet
Ir-risposti ntbagħtu:
Billi timtela' l-formola onlajn; jew
Bil-posta: EM-REFORM
Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi
201, Triq id-Dejqa
Valletta
Is-sottomissjonijiet waslu sal-25 ta' Mejju 2021.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.