Navigate Up
Sign In

Abbozz ta’ Liġi tal-2021 dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version


Mingħand: Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja
​Ippubblikata: ​19 ta' Mejju 2021
​Tagħlaq: ​16 ta' Ġunju 2021​
​Aġġornata: ​17 ta' Ġunju 202​1

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.

Jekk jogħġbok erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.

Konsultazzjoni Oriġinali​


1.        Sfond

Qed nistednuk sabiex timla Kwestjonarju qasir dwar l-Abbozz ta’ Liġi tal-2021 dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità li qed jiġi propost.

Jekk jogħġbok, ara d-dokumenti annessi qabel ma twieġeb:


UNCRPD ACT 2021 BILL 06.05.2021.pdfUNCRPD ACT 2021 BILL 06.05.2021.pdf

Għajnuna biex tara d-dokumenti



2.        Sottomissjonijiet

Tista’ timla dan il-Kwestjon
arju:

Bil-Malti – billi tagħfas fuq https://www.surveymonkey.com/r/C9HZPPG

Bl-Ingliż – billi tagħfas fuq https://www.surveymonkey.com/r/2BHHTWZ​


Is-sottomissjonijiet waslu sas-16 ta' Ġunju 2021.

Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  ​


www.konsultazzjoni.gov.mt

Click on the 'Online Consultation' logo to go to the Public Consultations platform.

Top Section Banner.jpg