Navigate Up
Sign In

Abozz ta’ Liġi għall-Konsultazzjoni Pubblika – Att tal-2021 dwar il-Governanza Sportiva u L-Integrità fl-Isport

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru tal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja
​Ippubblikata: ​27 ta' Frar 2021
​Tagħlaq: 20 ta' Marzu 2021​
​Aġġornata: 22 ta' Marzu 2021​
 

Banner Public Consultation Malti.png 

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.

Jekk jogħġbok erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.

Konsultazzjoni Oriġinali


1. Sfond

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji qed jimplimenta b’mod attiv s-Strateġija Nazzjonali għall-Isport– Aiming Higher li giet imnedija fl-2019 u hija bbazzata fuq seba’ pillastri li jinkludu l-Edukazzjoni, Parteċipazzjoni u Kwalita’ tal-Ħajja, Faċilitajiet, Industrija tal-Isports, Għawdex, Integrita’ u Prestazzjoni Għolja.

Sabiex dawn l-għanijiet jkunu jistghu jintlaħqu, qed jiġi propost it-twaq
qif ta’ awtorita’ regolatorja sabiex tiġi stabbilita separazzjoni bejn l-iSportMalta, li hija kkonċernata bil-provediment tas-servizzi tal-isport mill-Gvern u servizzi regolatorji.

Għat-twaqqif ta’ din l-awtorita’ regolatorja, s-Segretarju Parlamentari fforma bord konsultattiv dwar l-integrita’ tal-isport li tikkonsisti mill-partijiet interessati fis-settur tal-isport b’integrita’ f’Malta. Dawn il-partijiet interessati jinkludu lill-Gvern, l-Oppożizzjoni, Il-Maltese Olympic Committee (MOC), SportMalta, n-National Anti-Doping Commission (NADO Malta), l-Malta Football Association (MFA), s-sottokumitat iddedikat ghall-korruzjoni fl-isport, il-Malta Gaming Authority (MGA) u l-Pulizija.  L-Bord għaraf kemm l-istrutturi tal-governament tal-isport f’Malta u kemm dawk internazzjonali u dan irriżulta fi produzzjoni ta’ dokument li jiddiskrivi l-oġġettivi u l-funzjonijiet tal-awtorita’ li qed tiġi proposta li huwa ntitolat l-Awtorità dwar il-Governanza Sportiva u l-Integrità fl-Isport Malti u l-abbozz ta’ liġi li qed jiġi ppublikat għall-konsultazzjoni publika ntitolata, ‘Att tal-2021 dwar il-Governanza Sportiva u l-Integrità fl-Isport’.

Qed jiġi propost li l-Awtorità dwar il-Governanza Sportiva u l-Integrità fl-Isport Malti ghandha tkun awtorita’ iċċentralizzata għall-isport Malti li hija kkonċernata bl-affarijiet kollha tal-governanza tal-isport u l-integrità. Dan ser jiġi miksub bl-integrazzjoni tan-NADO Malta, l-Unit tal-Integrità tal-Isport u r-Reġistru għall-Persuni fl-Isport li bħalissa qed tiġi amministrata mill-iSportMalta.

Partijiet interessati u professjonisti qed jiġu mistiedna biex jibgħatu l-kummenti tagħhom fuq l-abbozz tal-liġi proposta, liema kummenti u proposti ser jiġu kkunsidrati u jsiru l-emendi neċessarji.


 
2. Dokumenti


 
3. Sottomissjonijiet
 
Sottomissjonijiet intbagħtu fuq l-indirizz tal-imejl: feedback.msca-misw@gov.mt

 
Is-sottomissjonijiet waslu sal-20 ta' Marzu 2021.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg