Riżultat tal-Konsultazzjoni: Rapport Finali

1. Sfond
Wieħed mill-fatturi ewlenin li jassigura amministrazzjoni aktar effettiva u effiċjenti huwa li wieħed jieħu stampa minn fejn telaq, fejn wasal u x’inhi l-viżjoni ’l quddiem.
Il-White Paper qed tkun tindirizza dan, fosthom il-ħarsien lejn l-awtonomija tal-Gvern Lokali, id-deċentralizzazzjoni, il-qafas legali li fih jopera, il-fattur ekonomiku, il-moniteraġġ tal-operat u l-aspettattiva taċ-ċittadin. Dan sar bi studju u analiżi ta’ dak li rridu mill-Kunsilli Lokali sabiex jilħqu l-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadini lokali, li, bir-raġun, kibru tul dawn l-aħħar 25 sena.
Il-mistoqsija kruċjali hija; Kemm għandha effett l-influwenza taċ-ċittadin fl-affarijiet kurrenti li jseħħu fil-belt jew fir-raħal tiegħu/tagħha? Il-mistoqsija kienet fiċ-ċentru tal-proposta mressqa f’dan id-dokument, anki f’ambitu legali u l-mezzi li dawn jagħtu liċ-ċittadin.
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
Int ġentilment mitlub tixtarr il-proposti li hemm fil-White Paper u tibgħat il-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek għall-inklużjoni fir-Riforma tal-Gvern Lokali.