
1. Sfond
Fil-Budget 2017, il-gvern ħabbar li matul is-sena 2017 se jitfassal pjan għar-Riġenerazzjoni ta' Birżebbuġa.
Ix-xogħol bi tħejjija għal dan il-pjan qed isir permezz ta’ ħidma konġunta bejn il-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Għal dan il-għan inħatar kumitat minn Projects Plus u mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) li qed jistieden lill-pubbliku biex jissottometti l-ideat u s-suġġerimenti tiegħu dwar pjan ta’ riġenerazzjoni għal Birżebbuġa.
Bħalissa għaddejjin diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali Birżebbuġa kif ukoll ma' diversi stakeholders ewlenin sabiex sa Settembru 2017 jitlesta abbozz ta’ pjan. Dan l-abbozz jiftaħ aktar konsultazzjoni u laqgħat direttament mal-pubbliku.
2. Sottomissjonijiet
Is-sottomissjonijiet tiegħek intbagħtu permezz ta' dawn il-mezzi:
Formola onlajn
Posta: Pjan ta’ Riġenerazzjoni għal Birżebbuġa Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC)
Block H, Triq Antonio Maurizio Valperga,
Floriana
Is-sottomissjonijiet intbagħtu sal-1 ta' Settembru 2017.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.