Navigate Up
Sign In

Konsultazzjoni Pubblika dwar Oqsma Tematiċi b’rabta mal-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta għal wara l-Pandemija

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA  

  
 
From: Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara COVID-19
​Published: ​30 ta' April 2021
Running till: 31 ta' Mejju 2021
​Last Updated: 1 ta' Ġunju 2021

MRIC Website Banner-01.jpg

1.        Sfond​

Il-pandemija tal-COVID-19 hija bla dubju l-akbar kriżi globali ta’ din il-ġenerazzjoni, li ppreżentat sfida straordinarja globali għas-saħħa, l-ekonomija u l-għajnuna umanitarja, u li rriżultat f’telf ta’ ħajjiet. Il-pandemija kienet ukoll katalista għal bidliet aċċellerati li diġà kienu qed ibiddlu l-imġiba tas-soċjetà u tan-negozju, bħad-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà. Barra minn hekk, il-pandemija għamlet aktar evidenti sfidi oħra bħas-saħħa mentali, l-inugwaljanza soċjali u sfidi oħra tas-soċjetà, u ħolqot pressjonijiet sinifikanti fuq finanzi, kemm tal-Gvern kif ukoll tan-negozji.

Malta tinsab fil-proċess li tfassal Strateġija Nazzjonali għal Wara l-Pandemija li se tiġi ppubblikata sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is sena. Din hija inizjattiva nazzjonali mmexxija mill-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara COVID-19. L-għan ta’ din l-istrateġija hu li tirrifletti kemm fuq l-isfidi li ġew aggravati mill-pandemija, kif ukoll fuq l-opportunitajiet li jistgħu jiġu sfruttati. Il-mira tal-istrateġija hi li tissawwar normalità ġdida, issostni tkabbir ekonomiku, u tiffoka fuq tisħiħ li jilqa’ għal sfidi futuri magħrufa ‘build back better.’ Hija opportunità biex tinbena soċjetà aktar ġusta u inklussiva, biex ikun hemm tranżizzjoni għal prattiki aktar ekoloġiċi u sostenibbli, biex jiġi protett l-ambjent u l-assi naturali ta’ Malta, u biex tinħoloq ekonomija aktar kompetittiva u reżiljenti għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.


2.        Mistoqsijiet dwar il-Konsultazzjoni
Abbażi tar-riċerka u l-konsultazzjonijiet li saru s’issa, ġew identifikati tnax-il qasam tematiku li fuqhom qed tiġi żviluppata l-Istrateġija Nazzjonali għal Wara l-Covid ta’ Malta. Kull tema hija marbuta mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u tiffoka fuq fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.

Permezz ta’ din il-konsultazzjoni pubblika, il-partijiet interessati qed jiġu mistiedna:
    1. Jipprovdu feedback u kummenti dwar it-tnax-il qasam tematiku identifikati. Dawn l-oqsma tematiċi jista’ jiġu kkonsultati fid-dokument tal-konsultazzjoni pubblika mehmuż;

    2. Jirrakkomandaw inizjattivi strateġiċi u azzjonijiet li jistgħu jittieħdu f’diversi oqsma tematiċi.


4.        Sottomissjonijiet
 
Sottomissjonijiet intbagħtu permezz tal-formola onlajn.
                              
Is-sottomissjonijiet waslu sal-31 ta' Mejju 2021.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)


Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586). 
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  


www.konsultazzjoni.gov.mt

Click on the 'Online Consultation' logo to go to the Public Consultations platform.

Top Section Banner.jpg