Riżultat tal-Konsultazzjoni: Rapport Finali
Legislative Public Consultations - Feedback Report Broadcasting Act.pdf
Konsultazzjoni Oriġinali
1. Sfond
L-iskop ta’ dan l-Abbozz li qed jiġi propost hu sabiex isiru l-emendi
neċessarji għall-Att dwar ix-Xandir, sabiex:
- tiġi trasposta
d-Direttiva (UE) 2018/1808 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta'
Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta'
ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil- liġi, b'regolament jew b'azzjoni
amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal- media
awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta'
realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu; u
- jsiru dispożizzjonijiet
anċillari u konsekwenzjali
Artiklu 2 tad-Direttiva tal UE jgħid li l-Istati Membri L-Istati Membri
għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet
amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta'
Settembru.
Din
id-Direttiva temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti
dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni
amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media
awdjoviżiva, fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbiddlu.
Żviluppi teknoloġiċi mgħaġġla wasslu għal tipi ġodda ta '
servizzi, inbidlu t-tendenzi
tat-telespettaturi, u l-kontenut iġġenerat mill-utent
kiseb importanza ikbar. Il-qafas legali issa qed jiġi aġġornat biex iqis dawn
l-iżviluppi.
Sabiex jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva
tal-UE fil-liġi nazzjonali, hu meħtieġ li jsiru tibdiliet sostanzjali għall-Att
dwar ix-Xandir. Il-Gvern qed jipproponi li jaddotta armonizzazzjoni minima f’konformità
mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, mingħajr ma jiġu kompromessi dispożizzjonijiet
iktar stretti fl-Att eżistenti. Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn l-Att
prinċipali u wħud mil-Leġislazzjoni Sussidjarja, emendi għal-Leġislazzjoni
Sussidjarja relevanti qed jiġu proposti ukoll.
2. Dokumenti
Abbozz tal-Att li jemenda Kap. 350
Abbozz ta’ Notifikazzjoni tal-Gvern sabiex temenda Leġislazzjoni Sussidjarja 350.18