Navigate Up
Sign In

Lejn qafas b'saħħtu tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza

​​​Go to the English version

 
 

Din il-konsultazzjoni pubblika hija konkluża.

 

Niżżel l-eżitu : TOWARDS A ROBUST HUMAN RIGHTS AND EQUALITY FRAMEWORK- final report on Public Consultations.pdf

 
 

Sottomissjonijiet riċevuti

 
 
Type of Submission
No. of Submissions
Name
Organisations
8
 
 
 
 
 
 
 
 
 
NGOs
3
 
 
 
 
National Institutions
2
 
 
 
 
 
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet kienu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, ikunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 

 

Konsultazzjoni Oriġinali

  
1.     Progress sa Issa
 
Bil-għan li jsaħħaħ il-qafas tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza f’Malta, il-Gvern nieda proċess ta’ ristrutturar tal-liġijiet preżenti f’dan is-settur. L-iskop huwa li tisaħħaħ l-istituzzjoni li tħares u timplimenta dawn il-liġijiet, kif ukoll li l-individwi jkunu provduti b’mekkaniżmu effettiv kontra d-diskriminazzjoni u kwalunkwe ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom.
 
L-istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem ser tkun mudellata fuq il-Prinċipji ta’ Pariġi tan-Nazzjonijiet Magħquda, kif ukoll il-mudell ta’ organiżmi għall-ħarsien tal-ugwaljanza tal-Unjoni Ewropea, skont id-direttivi dwar l-ugwaljanza Ewropej.
 
Għaldaqstant, il-Gvern nieda Konsultazzjoni Pubblika bejn l-24 ta’ Frar 2014 u t-28 ta’ Marzu 2014. Wara din l-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni, it-tieni pass kien Konsultazzjoni dwar White Paper bejn 10 ta’ Diċembru 2014 u l-10 ta’ Frar 2015, li l-għan tagħha hu li twaqqaf Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li tkun ibbażata fuq il-Prinċipji ta’ Pariġi. Permezz ta’ din il-White Paper, il-Gvern qiegħed iniedi żewġ abozzi ta’ liġi f’dan is-sens:
 
     1.     Att dwar l-Ugwaljanza, li l-iskop tiegħu hu li jilħaq l-ogħla standards tal-ugwaljanza u l-anti-diskriminazzjoni; u
    2.     Att dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li jistabillixi l-Kummissjoni.
 
Sadanittant, ġie mwaqqaf Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni fi ħdan il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, f’Novembru 2015.
 
Malta rratifikat ukoll Protokol 12 tal-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem li tiprovdi projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. Il-Protokol ineħħi l-limitazzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ Artiklu 14 (non-diskriminazzjoni) tal-Konvenzjoni u jiggarantixxi li ħadd ma jkun diskriminat abażi ta’ kwalunkwe bażi minn awtorità pubblika.
 
2.     L-Abbozzi
 
Fl-10 ta’ Diċembru 2015, il-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili ippreżenta dawn iż-żewġ abbozzi ta’ liġi waqt seminar pubbliku. Dawn l-abbozzi issa huma miftuħa għal konsultazzjoni pubblika qabel ma jiġu finalizzati u jkunu preżentati għall-ewwel qari fil-Parlament.
 
3.     Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
 
Il-Gvern qiegħed jitlob lill-publiku sabiex jirrifletti fuq iż-żewġ abbozzi ta’ liġi u jagħti l-kontribut tiegħu kif mitlub hawn taħt.
 
a)     Fejn hemm kwistjoni dwar Artiklu speċifiku f’wieħed mill-abbozzi, int mitlub tirreferi għall-Abbozz u l-artiklu speċifiku, u tikkummenta dwar dak li fl-opinjoni tiegħek għandu jiġi miżjud jew imneħħi bl-aktar mod jkun konċiż u dirett possibbli.
 
Fl-interess ta’ ċarezza, ikun apprezzat jekk jingħataw formolazzjonijiet alternattivi tal-artiklu in kwistjoni li jaqbel mal-proposta tiegħek.
 
b)     Fejn hemm kwistjoni li l-abbozzi ma jittrattawx direttament jew huma vagi dwarha, il-proposta għandha tiġi spjegata u idealment ifformolata fi proposta konkreta sabiex tiġi ntrodotta fl-abbozz skont il-bżonn. 
 
 
 
4.     Preżentazzjonijiet
 
 
 
5.     Sottomissjonijiet
 
Formola onlajn:  www.msdc.gov.mt/humanrights
Bl-imejl:   humanrights.msdc@gov.mt
          Bil-posta:  Human Rights & Equality Consultation 
Ministry for Social Dialogue, Consumer Affairs and Civil Liberties 
Barriera Wharf 
Valletta VLT 1971
 
 
Is-sottomissjonijiet kellhom jaslu sal-Ħadd 31 ta’ Jannar 2016.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  
_________________________________________________________________________________________________________

White Paper-ConsultationBanner-MT__MED.jpg

Konsultazzjoni – White Paper

 

Din il-konsultazzjoni pubblika kienet miftuħa bejn l-10 ta' Diċembru 2014 u l-10 ta’ Frar 2015.

 
 
Progress sa issa
 
Wara l-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni li għalqet fit-28 ta’ Marzu 2014, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili rċieva 15-il sottomissjoni. Barra minn hekk, bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, saru seba’ laqgħat internazzjonali ma’ rappreżentanti minn istituzzjonijiet u awtoritajiet oħra. Ir-rapport dwar ir-riżultat tal-konsultazzjoni jinstab hawn taħt.
 
L-ewwel fażi tal-proċess tal-konsultazzjoni talbet l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar dawn il-mistoqsijiet:
·       Taħseb li d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza huma protetti u promossi biżżejjed f’Malta?
·       Jekk le:
o   Liema drittijiet tal-bniedem taħseb li għandhom bżonn aktar protezzjoni u promozzjoni?
o   Kif tista’ Malta tipproteġi aħjar u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza b’mod  ħolistiku?
o   Hemm xi mudelli li taf bihom u li taħseb li l-Gvern għandu jikkonsidra li jesplora fir-rigward ta’ liġijiet, qafas istituzzjonali, jew għat-tnejn li huma? Jekk iva, x’inhu tant tajjeb dwar dawn il-mudelli?
Rakkomandazzjoni komuni fil-maġġoranza tas-sottomissjonijiet kienet tirreferi għall-ħtieġa li titwaqqaf Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem indipendenti konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi, u li jkollha il-mandat, ir-riżorsi u l-awtorità biex taġixxi bħala punt ċentrali għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza f’Malta.
 
Din il-White Paper
 
Fil-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili nieda White Paper bl-għan li titwaqqaf Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li tkun konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi li jistabilixxu l-ogħla standards għal istituzzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
Permezz ta’ din il-White Paper, il-Gvern qiegħed iniedi żewġ aboozzi ta’ liġi f’dan is-sens:
1.      Att dwar l-Ugwaljanza li l-iskop tiegħu hu li jilħaq l-ogħla standards tal-ugwaljanza u l-anti-diskriminazzjoni.
2.      Att dwar il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li jistabillixi l-Kummissjoni.
 
 
Dokumenti
 
 
 
Mistoqsijiet ta’ Konsultazzjoni
 
Fl-opinjoni tiegħek, il-mod kif il-White Paper tipproponi li titratta s-suġġett xieraq? Għaliex? X’hemm nieqes? X’hemm bżonn li jkun aktar b’saħħtu?
 
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet ġew ippubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq il-ppubblikazzjoni tal-kummenti.  
 
 

Rapport tar-Riżultati mill-Konsultazzjoni

 

_____________________________________________________________________________________________________________________

 

Konsultazzjoni Pubblika

Din il-konsultazzjoni pubblika kienet miftuħa bejn l-24 ta’ Frar 2014 u t-28 ta’ Marzu, 2014.

 

1. Sfond

 
Il-Gvern preżenti ġie elett bil-wiegħda li jsaħħaħ il-qafas tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza, filwaqt li jwaqqaf mekkaniżmu istituzzjonali adekwat li jinfurzawh.
 
Għaxar snin ilu, twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) wara l-adozzjoni tal-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa li implementa l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas legali Malti.
 
Maż-żmien il-mandat tal-NCPE twessa grazzi għall-emendi li saru fl-istess Att. Fost it-titjib li sar, kien hemm iż-żieda ta’ numru ta’ bażijiet ta’ anti-diskriminazzjoni. Madankollu, minkejja li sar dan it-titjib, għad fadal ħafna xi jsir f’dan ir-rigward. Aktar minn hekk, ir-riżorsi u l-poteri tal-Kummissjoni baqgħu limitati, u dan naqqas l-impatt tal-istess kummissjoni.
 
Dan il-Gvern jemmen li l-qafas leġislattiv u infrastrutturali għandhom bżonn li jiġu rinforzati, għaliex qegħdin jonqsu milli jipprovdu lill-pajjiż bil-qafas tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza li jistħoqqlu. Nemmnu li f’pajjiżna għandu jkollna qafas b’saħħtu ta’ drittijiet tal-bniedem u liġijiet ta’ ugwaljanza, kif ukoll istituzzjoni b’saħħitha li tinforza l-liġijiet addottati. Din l-istituzzjoni għandha tkun konformi kemm mal-mudell tal-Ġnus Magħquda dwar l-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet umani (NHRI) skont il-Prinċipji ta’ Pariġi, kif ukoll il-mudell ta’ organiżmi għall-ħarsien tal-ugwaljanza tal-Unjoni Ewropea skont id-direttivi dwar l-ugwaljanza, speċifikament id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, id-Direttiva dwar Aċċess għal Merkanzija u Servizzi fuq bażi tal-Ġeneru u d-Direttiva (Tfassil mill-Ġdid) tal-Ġeneru.
 
Fl-isfond ta’ dan kollu l-Gvern qiegħed iniedi din il-konsultazzjoni pubblika bil-għan li jisma’ l-opinjonijiet u suġġerimenti tal-pubbliku inġenerali, għaqdiet tas-soċjetà ċivili, rappreżentanti tal-ħaddiema, rappreżentanti ta’ sidien ta’ negozju, partiti politiċi, istituzzjonijiet tal-gvern u ta’ dawk kollha li b’xi mod jixtiequ li jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan il-proċess.
 
 
 

2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni - L-ewwel fażi

 
Taħseb li d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza huma protetti u promossi biżżejjed f’Malta?
 
Jekk le:
 
a.     Liema drittijiet tal-bniedem taħseb li għandhom bżonn aktar protezzjoni u promozzjoni?
 
b.     Kif tista’ Malta tipproteġi aħjar u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza b’mod  ħolistiku?
 
c.      Hemm xi mudelli li taf bihom u li taħseb li l-Gvern għandu jikkonsidra li jesplora fir-rigward ta’ liġijiet, qafas istituzzjonali, jew għat-tnejn li huma? Jekk iva, x’inhu tant tajjeb dwar dawn il-mudelli?
 

3. Dokument ta' konsultazzjoni

 
 
 

4. Dokumenti relevanti minn qabel il-konsultazzjoni

  
 
 
 

www.konsultazzjoni.gov.mt

Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.

 

Top Section Banner.jpg

PR162855 [13.12.2016]
 
Lejn qafas legali ġdid għat
-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem
 
PR162855.pdfPR162855.pdf

 

pr162855a.jpg

 

pr162855a.jpgpr162855a.jpg

pr162855b.jpg

 

pr162855b.jpgpr162855b.jpg