Navigate Up
Sign In

Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess

​#GIGESC

Go to the English version

 

Dan il-proċess huwa magħluq. L-Att tal-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess ġie adottat mill-Parlament Malti fl-1 ta’ April 2015. It-test finali tal-liġi jista' jitniżżel minn hawn.
 

 
 

 

1.      Progress sa issa

 
 
Fl-2013, wara bidla fil-Gvern, il-Gvern Malti laħaq ftehim barra mill-qrati ma’ Joanne Cassar li sa dak iż-żmien ma kellhiex għażla oħra ħlief dik li tiġġieled ġlieda legali, mill-qrati lokali sal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex id-dritt taż-żwieġ tagħha jkun irrispettat (Applikazzjoni Nru. 36982/11). Sussegwentement, permezz tal-Kodiċi Ċivili (Emenda) Att, 2013 (Att Nru. VII tal-2013), il-Gvern Malti emenda l-Kodiċi Ċivili sabiex persuni trans ikunu rikonoxxuti fis-sess affermat u jkunu jistgħu jiżżewġu persuni tas-sess oppost.
 
Matul l-2014, il-Gvern Malti adotta tliet liġijiet ġodda li b’mod dirett itejjbu l-protezzjoni legali  mogħtija lil persuni trans. Dawn huma:
 
  • L-introduzzjoni tal-identità tal-ġeneru fil-lista tal-bażijiet ta’ non-diskriminazzjoni, li tinsab fil-Kostituzzjoni permezz tal-addozzjoni ta’ Kostituzzjoni ta’ Malta (Emenda) Att, 2014 (Att Nru. X tal-2004);
  • L-inklużjoni tal-identità tal-ġeneru fid-definizzjoni ta’ gruppi soċjali partikolari għal raġunijiet ta’ ażil permezz tar-Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Istandards ta’ Proċedura fl-Eżami tal-Applikazzjonjiet għal Status ta’ Refuġjat (A.L. 161 tal-2014);
  • L-inklużjoni tal-identità tal-ġeneru bħala bażi għal raġunijiet ta’ leave ta’ mard u drittijiet oħra, bħala protezzjoni taħt l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali parmezz tar-Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Trattament Ugwali fl-Impjiegi (A.L. 274 tal-2014).
 
 

2.      Dan l-Abbozz

 
Il-Programm tal-Gvern juri b’mod ċar li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jdaħħal liġi li tagħti lok li persuni trans ikollhom l-identità magħżula minnhom rispettata bil-liġi. Il-Programm jenfasizza wkoll li l-Gvern irid jintroduċi politika kontra d-diskriminazzjoni fis-Settur Pubbliku kollu.
 
Dan l-Abbozz ġie żviluppat mill-Kunsill Konsultattiv LGBTI sabiex jintlaħaq dan il-għan. Fil-proċess saru bosta konsultazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet lokali u internazzjonali, u ma’ organizzazzjonijiet oħra sabiex ikun assigurat li l-liġi tilħaq l-istandards u tipproteġi persuni trans, genderqueer u intersex kontra d-diskriminazzjoni.
 
Din il-proposta fil-qosor:
 
  • Tagħti d-dritt tal-identità tal-ġeneru lill-persuni kollha;
  • Tirregola l-proċedura għall-bdil tal-ġeneru, u din issir l-istess kemm għall-minuri kif ukoll għall-adulti;
  • Tirrikonoxxi deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-identità tal-ġeneru minn qrati kompetenti jew awtoritajiet responsabbli barranin;
  • Tagħti lok għal emendi tal-karatteristiċi tal-ġeneru fuq id-dokumenti kollha uffiċjali (bħall-karta tal-identità jew il-passaport) jew ċertifikati;
  • Tipprovdi l-privatezza meħtieġa lil dawk li jagħmlu tibdil dwar il-ġeneru tagħhom fuq dokumenti uffiċjali;
  • Iddaħħal obbligu pożittiv fuq l-entitajiet kollha tal-gvern sabiex jagħmlu ċert li s-servizzi mogħtija jilħqu l-għanijiet ta’ dan l-Att;
  • Tipprovdi l-possibbiltà lill-ġenituri sabiex jipposponu milli jniżżlu l-ġeneru tat-tarbija tagħhom fuq iċ-ċertifikat tat-twelid;
  • Tintroduċi d-dritt għall-integrità u awtonomija fiżika għall-persuni kollha;
  • Tpoġġi kontra l-liġi kull intervent mhux medikament neċessarju fuq il-karatteristiċi tas-sess tal-persuna mingħajr il-kunsens infurmat tagħha;
  • Tipprovdi għal pariri psikosoċjali, appoġġ u interventi mediċi relatati mas-sess u/jew il-ġeneru;
  • Tipprovdi għal reviżjoni tal-protokoll li jirregola t-trattament tal-assenjazzjoni tas-sess u/jew interventi kirurġiċi fuq il-karatteristiċi tas-sess tal-persuna; 
  • Tintroduċi l-‘espressjoni tal-ġeneru’ u l-‘karatteristiċi tas-sess’ fil-lista ta’ bażijiet għal ċirkostanzi aggravati taħt il-Kodiċi Kriminali; u
  • Tintroduċi l-‘espressjoni tal-ġeneru’ u l-‘karatteristiċi tas-sess’ fl-ambitu tal-Att għall-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa.
 
 

3. Dokumenti ta' Konsultazzjoni

 

70 - 2014 - GIGESC - MT.pdfAbbozz għal Att dwar l-Identita' tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess.pdf

 Public Consultation GIGESC Final -mt.pdfDokument ta' Konsultazzjoni GIGESC -mt.pdf 

 

4. Dokument ta' qabel il-konsultazzjoni

 MGRM (2010 Proposal).pdfMalta Gay Rights Movement. A proposed Gender Identity Act for Malta (2010).pdf

  

5. Sottomissjonijiet Riċevuti

  

a.  Organizzazzjonijiet Lokali tas-Soċjetà Ċivili
 
​i. Aditus Foundation.pdfAditus Foundation.pdf
​ii. Kunsill Nutarili ta' Malta.PDFKunsill Nutarili ta' Malta.PDF
​iii. Kunsill Studenti Universitarji.pdfKunsill Studenti Universitarji (KSU).pdf
​iv. Life Network and Gift of Life Foundation - Malta.pdfLife Network and Gift of Life Foundation - Malta.pdf
​v. Malta Humanist Association.pdfMalta Humanist Association.pdf
​vi. The Church in Malta.pdfThe Church in Malta.pdf
    
b.   Organizzazzjonijiet Internazzjonali tas-Soċjetà Ċivili   
​i. Global Action for Trans Equality (GATE).pdfGlobal Action for Trans Equality (GATE).pdf
​ii. European Region of the International Lesbian, Gay, Bisexual, Trans and Intersex Association (ILGA-Europe).pdfEuropean Region of the International Lesbian, Gay, Bisexual, Trans and Intersex Association (ILGA-Europe).pdf
​iii. Organisation Intersex International Australia (OII Australia).pdfOrganisation Intersex International Australia (OII Australia).pdf
​iv. ​​Organisation Intersex International Europe (OII Europe).pdfOrganisation Intersex International Europe (OII Europe).pdf
​v. STP, International Campaign Stop Trans Pathologization .pdfSTP, International Campaign Stop Trans Pathologization .pdf
​vi. Transgender Europe.pdfTransgender Europe.pdf
​vii. United Nations High Commissioner for Refugees- Malta (UNHCR Malta).pdfUnited Nations High Commissioner for Refugees- Malta (UNHCR Malta).pdf
 
 
c.   Istituzzjonijiet Nazzjonali
​i. Commissioner for Children and Maltese Paediatric Association.pdfKummissarju għat-Tfal u l-Maltese Paediatric Association.pdf
​ii. National Commission for the Promotion of Equality (NCPE).pdfKummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE).pdf
d.   Istituzzjoni Internazzjonali
​i. Council of Europe Sexual Orientation and Gender Identity Unit.pdfKunsill tal-Ewropa, Sexual Orientation and Gender Identity Unit.pdf
e.   Individwi ​ ​
​i. Jack Byrne (New Zealand).pdfJack Byrne (New Zealand).pdf
​ii. Kristina Mizzi and Rose Galea Testaferrata.pdfKristina Mizzi and Rose Galea Testaferrata.pdf
​iii. Louise Anne Pulis.pdfLouise Anne Pulis.pdf
​iv. Nicholas Briffa.pdfNicholas Briffa.pdf
​v. Peter Cassar Torreggiani.pdfPeter Cassar Torreggiani.pdf
​vi. Rosario Mizzi.pdfRosario Mizzi.pdf
​vii. Suzanne Vella and Martha Fitz.pdfSuzanne Vella and Martha Fitz.pdf
​viii. Tony Briffa (Australia).pdfTony Briffa (Australia).pdf
​ix. Various Signatories.pdfVarious Signatories.pdf
 

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet jistgħu jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 

6. Rapport tar-Riżultati mill-Konsultazzjoni 

 GIGESC - Outcome Report.pdfGIGESC - Rapport.pdf

 

Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)

 
Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, l-individwi huma mistiedna li jissottomettu r-rakkomandazzjonijiet, suġġerimenti u l-opinjonijiet tagħhom. Se tintalab din l-informazzjoni: l-isem tal-organizazzjoni jew ta’ l-individwu li se jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt (Imejl u numru tat-telfon). Id-dettali ta’ kuntatt se jintużaw mill-moderatur ta’ din il-konsultazzjoni f’każ ta’ kjarifika għall-kontribuzzjoni li tkun ġiet sottomessa.
 
Ir-rakkomandazzjonijiet, suġġerimenti u l-opinjonijiet li se jidħlu se jkunu analiżżati u se jiġu ippubblikati b’mod sħiħ jew partijiet minnhom fuq din il-paġna wara li l-konsultazzjoni tkun għalqet.
 
Mas-sottomissjoni l-kummenti tal-organizazzjoni jew ta’ l-individwu se jkunu akkumpanjat b’’nom de plume’.  Jekk l-individwu jagħżel li juża l-‘isem li se jidher’ minflok l-isem propju tal-organizazzjoni jew tal-individwu stess, għandu jintuża ‘nom de plume’ adegwat u li jixraq, fin-nuqqas ta’ dan il-moderatur jagħti isem fittizju.
 
Id-data personali li se tinġabar se tkun ipproċessata mill-individwi involuti f’din il-konsultazzjoni skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap 440) u mhux se tkun aċċessata jew mgħotija lil ħaddieħor.
 
Fl-eventwalita’ li tkun tixtieq timmodifika jew tħassar is-sottomissjoni tiegħek, infurmana billi tibgħat Imejl fuq onlineconsultations.msdc@gov.mt.
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  
 

​Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.

Top Section Banner.jpg