Navigate Up
Sign In

Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
Top Section Banner.jpg

Mind D Gap: Together we can make a difference

Konsultazzjoni mal-Pubbliku - magħluqa

 
 
 

Mingħand:    Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili

Ippubblikata:  5 ta' Mejju 2015

Emendata:       26 ta' Ġunju 2015

MdG.jpg

 

Sfond

Il-Gvern Malti wiegħed li se jiftaħ is-soċjetà, li jiċċelebra d-diversità, li jirrikonoxxi r-realtajiet soċjali ta’ madwarna, li jgħożż l-identità Maltija mingħajr diskriminazzjoni, li jiżgura l-ugwaljanza u r-rispett lejn gruppi minoritarji u, fuq kollox, li jħares id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-libertajiet ta’ kulħadd.

Il-Gvern jemmen li r-realtajiet preżenti li qegħdin jiffaċċjaw l-immigranti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (jiġifieri dawk il-pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea), għandhom jingħataw attenzjoni immedjata.
Għal din ir-raġuni, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili (MSDC) nieda proġett  taħt l-isem Mind D Gap: Together we can make the difference (IF 2013-17). L-għan tiegħu huwa li jappoġġja l-isforzi li jsiru sabiex ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġejjin minn sfondi nazzjonali, ekonomiċi, soċjali, kulturali, reliġjużi, lingwistiċi u etniċi differenti, sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ residenza u sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà Maltija. Il-proġett huwa intenzjonat sabiex jigwida u jinforma l-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tal-Immigranti 2015-2020, li mistennija tkun ippreżentata aktar tard matul l-2015.
Din l-Istrateġija se tkun żviluppata f’qafas li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, opportunitajiet u obbligazzjonijiet indaqs għal kulħadd. Fost affarijiet oħra, se tippromwovi  d-diversità bħala valur bażiku għall-kisba ta’ koeżjoni soċjali akbar.

L-għan tal-Istrateġija huwa li jinġiebu bidliet vera fis-soċjetà tagħna lill-immigranti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u sabiex tinbena komunità fejn kulħadd, irrispettivament mir-razza, kulur, reliġjon jew opinjoni politika, età, sess, ġeneru, diżabbiltà, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru jew kwalunkwe status ieħor, jista’ jgħix, jaħdem u jirnexxi f’kuntest ta’ ġustizzja, ugwaljanza, drittijiet, responsabbiltajiet u rispett.

 

Oqsma ta' Politika Ewlenin

L-oqsma li ġejjin ġew identifikati bħala rilevanti u importanti sabiex jintlaħaq l-għan tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u b’hekk nippromwovu l-valur bażiku u komuni ta’ soċjetà karatterizzata mid-diversità. Dawn l-oqsma politiċi se jkunu qed jistabbilixxu direzzjoni u gwida lejn l-iżvilupp tal-Istrateġija.

Din l-Istrateġija timmira li tiżgura li l-miżuri li jirrigwardaw servizzi, inizjattivi u interventi  jiġu żviluppati, implimentati u/jew imsaħħa, b’hekk tipprovdi għal proċessi effettivi ta’ integrazzjoni.
Dawn l-oqsma huma:
1.  Niddefendu d-drittijiet u nissodisfaw id-dmirijiet: antidiskriminazzjoni u ugwaljanza
2.  Nirrisolvu l-fruntieri soċjali u jkunu pprovduti l-opportunitajiet: edukazzjoni / suq tax-xogħol
3.  Ikunu promossi relazzjonijiet interkulturali / Titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-integrazzjoni: tingħata aktar setgħa lill-komunitajiet lokali
4.  Parteċipazzjoni ċivili: Nilħqu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi
5.       Djalogu istituzzjonali: Kunsill Konsultattiv ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi / dawk li jfasslu l-politika u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet
 

Mistoqsijiet għall-konsultazzjoni

L-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tal-Immigranti 2015-2020 se tistabbilixxi Għanijiet Strateġiċi taħt kull wieħed minn dawn l-oqsma ta’ politika ewlenin. Din l-Istrateġija se timmira li twaqqaf struttura fejn fiha jkun hemm riżorsi li jkunu jistgħu jitħaddmu b’mod effettiv u integrat biex jagħmlu użu strateġiku mill-finanzjament disponibbli, tkun evitata d-duplikazzjoni, tkun żgurata l-kumplamentarjetà, u jintleħaq l-għola impatt fis-soċjetà.

 
1.       Taqbel mal-linja ġenerali tal-Oqsma ta’ Politika Ewlenin kif indikati hawn fuq?
o   Hemm xi ħaġa li għandha tiżdied jew titħalla barra?
o   Għandek xi proposti li tixtieq twassal f’dan il-kuntest?
 
2.       Jekk jogħġbok daħħal xi kummenti jew proposti addizzjonali li tixtieq tagħmel fir-rigward tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
 
3.       Jekk jogħġbok ibgħatilna kwalunkwe dokumenti li jirreferu għall-integrazzjoni fir-rigward tal-kuntest nazzjonali li inti temmen li għandhom jiġu kkunsidrati fil-formulazzjoni tal-Istrateġija.
 
 
L-għan ta’ din il-konsultazzjoni huwa biex individwi u organizzazzjonijiet ikunu pprovduti b’opportunità li jikkummentaw dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tal-Immigranti 2015-2020. Il-mistoqsijiet għandhom jinqraw flimkien mad-dokument tal-konsultazzjoni - Mind d Gap - Consultation Document - MT.pdfMind d Gap - dokument ta' konsultazzjoni- MT.pdf
 
Wara li r-risposti kollha jiġu kkunsidrati, se jkun ippubblikat rapport fuq is-sit tal-MSDC.

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)
 
L-Att tal-Protezzjoni tad-Data, 2011, jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma b’mod elettroniku jew manwalment.  Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jiġbor l-informazzjoni neċessarja li huma intenzjonati biex jaqdu l-funżjonijiet u huma b’tali mod li jikkonformaw mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data hekk kif imniżżla fl-att. Il-verifikazzjoni tan-numru tal-karta ta’ l-identita se jseħħ meta jkun neċessarju. Kull data personali pprovduta se tkun ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  
 

Termini ewlenin

 
Integrazzjoni:
 
Dan it-terminu jirreferi għal proċess reċiproku u għall-kapaċità tan-nies li jgħixu flimkien b’rispett lejn id-dinjità ta’ kull individwu, il-ġid komuni, il-pluraliżmu u d-diversità, in-nonvjolenza u s-solidarjetà, kif ukoll ikunu abbli li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika. Dan jiġbor ukoll l-aspetti kollha tal-iżvilupp soċjali u politiku. Jirrikjedi l-protezzjoni tal-batut, kif ukoll il-possibiltà li l-individwi jkuni differenti, biex jikkreaw u jinnovaw fl-istrutturi kulturali u soċjali tas-soċjetà li jgħixu fiha. Politiki għal integrazzjoni effettiva huma bżonnjużi sabiex l-immigranti jitħallew jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja tal-pajjiż fejn ikunu ospitati; filwaqt li jirrispettaw il-liġijiet u l-valuri bażiċi kif ukoll il-wirt kulturali. Strateġiji ta’ integrazzjoni għandhom neċessarjament ikopru l-oqsma kollha tas-soċjetà, u jinkludu l-aspetti soċjali, politiċi u kulturali. Dawn għandhom jirrispettaw id-dinjità u l-identità distinta tal-immigranti u jittieħdu inkunsiderazzjoni meta l-politiki jkunu elaborati.
 
Interkulturaliżmu / Interkulturalità:
 
L-użu ta’ dan it-terminu jimxi fuq l-istess ftehim u definizzjoni użat mill-Kunsill tal-Ewropa. L-interkulturaliżmu jirrikonoxxi bl-aktar mod espliċitu l-valur tad-diversità filwaqt li jsir dak kollu possibbli biex tiżdied l-interazzjoni, t-taħlit u l-ibridazzjoni bejn komunitajiet kulturali; minflok jinjora d-diversità jew li tkun enfasizzata bi kbir id-diversità li jwasslu biex jissaħħu l-ħitan bejn gruppi kulturalment distinti. L-interkulturaliżmu jaħseb ukoll għall-indirizzar ta’ ċerti kwistjonijiet ta’ kunflitti jew tensjoni kulturali b’mod miftuħ permezz ta’ dibattitu pubbliku, bl-involviment ta’ dawk involuti. L-interkulturalità tirrikonoxxi bl-aktar mod sħiħ il-bżonn li kull kultura tibqa’ ħajja u tiffjorixxi imma tenfasizza wkoll id-dritt li l-kulturi kollha jikkontribwixxu bl-isfera kulturali tas-soċjetà minn fejn joperaw. L-interkulturalità ġejja minn fehma li l-kulturi jikbru biss f’kuntatt ma’ kulturi oħra, u mhux f’iżolament. Din tfittex li ssaħħaħ l-interazzjoni interkulturali bħala mezz biex tinbena l-fiduċja u tkun imsaħħa l-fibra tal-kommunità. L-iżviluppar tas-sensittività kulturali, l-inkoraġġiment għal interazzjoni interkulturali u taħlit ma jitqiesx bħala r-responsabbiltà ta’ xi dipartiment speċjali jew xi uffiċjal, iżda bħala aspett essenzjali għall-funzjoni tas-soċjetà sħiħa.

logo (2).png