Navigate Up
Sign In

ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR AZZJONI FAVUR IL-KLIMA

​​Din il-konsultazzjoni mal-pubbliku hija magħluqa.

 
 
Dan l-abbozz qiegħed preżentament diskuss fil-Parlament, biex issegwi l-proċess żur dan is-sit.
 
 

24 ta' Ottubru 2014

1.      Sfond

 
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima qed iniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar Azzjoni favur il-Klima.
 
L-abbozz qed jiġi propost għaliex it-tibdil fil-klima qed iħasseb dejjem iżjed lill-bniedem u biex jingħata għarfien lis-sehem li qed tagħti Malta fl-isforzi globali biex tiġi indirizzata dil-problema.
 
L-għan tal-abbozz huwa li jipprovdi azzjoni biex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima billi jitrażżnu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li huma kawżati mill-ħidma tal-bniedem. Skop ieħor huwa li jipproteġi u jtejjeb il-mod kif il-gassijiet serra jiġu assorbiti mill-ambjent naturali u b’hekk jitnaqqas l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima.
 
 
 
2.      Dokumenti marbuta ma' din il-Konsultazzjoni
 
 
i. Dokument ta' konsultazzjoni >> Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni minn hawn <<
ii. Abbozz ta’ Liġi >> Niżżel l-Abbozz ta' Liġi minn hawn <<
 
 
 
3.   Sottomissjonijiet riċevuti
 
 
 
Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet ġew ippubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 

Protezzjoni u Privatezza tad-data – Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap440)

 
Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, l-individwi huma mistiedna li jissottomettu r-rakkomandazzjonijiet, suġġerimenti u l-opinjonijiet tagħhom. Se tintalab din l-informazzjoni: l-isem tal-organizazzjoni jew ta’ l-individwu li se jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt (Imejl u numru tat-telfon). Id-dettali ta’ kuntatt se jintużaw mill-moderatur ta’ din il-konsultazzjoni f’każ ta’ kjarifika għall-kontribuzzjoni li tkun ġiet sottomessa.
 
Ir-rakkomandazzjonijiet, suġġerimenti u l-opinjonijiet li se jidħlu se jkunu analiżżati u se jiġu ippubblikati b’mod sħiħ jew partijiet minnhom fuq din il-paġna wara li l-konsultazzjoni tkun għalqet.
 
Mas-sottomissjoni l-kummenti tal-organizazzjoni jew ta’ l-individwu se jkunu akkumpanjat b’’nom de plume’.  Jekk l-individwu jagħżel li juża l-‘isem li se jidher’ minflok l-isem propju tal-organizazzjoni jew tal-individwu stess, għandu jintuża ‘nom de plume’ adegwat u li jixraq, fin-nuqqas ta’ dan il-moderatur jagħti isem fittizju.
 
Id-data personali li se tinġabar se tkun ipproċessata mill-individwi involuti f’din il-konsultazzjoni skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap 440) u mhux se tkun aċċessata jew mgħotija lil ħaddieħor.
 
Fl-eventwalita’ li tkun tixtieq timmodifika jew tħassar is-sottomissjoni tiegħek, infurmana billi tibgħat Imejl fuq onlineconsultations.msdc@gov.mt
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.

 

Top Section Banner.jpg