Navigate Up
Sign In

Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima
(Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur)
​Ippubblikata: 11 ta' Lulju 2019
​Tagħlaq: ​25 ta' Lulju 2019
​Aġġornata: ​26 ta' Lulju 2019
 

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.

Jekk jogħġbok, erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.

Konsultazzjoni Oriġinali.


1. Sfond


Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta 'Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi ġiet emendata permezz tal-Leġiżlazzjoni Ewropea li ġejja:

• Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/782 tal-15 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta' indikaturi tar-riskju armonizzati.

Id-Direttiva (UE) 2019/782 temenda d-Direttiva 2009/128/KE (SUD) li hija trasposta f'LN 489 tal-2011, billi tissostitwixxi l-Anness IV tas-SUD bit-test fl-Anness tad-Direttiva msemmija hawn fuq.

L-Istati Membri huma mitluba jittrasponu d-Direttiva (UE) 2019/782 f'leġiżlazzjoni nazzjonali li għandu jkun fiha referenza għad-Direttiva.

Id-Direttiva 2009/128/KE trasposta f'LN 489 tal-2011, teħtieġ il-kalkolu ta' indikaturi tar-riskju armonizzati bl-użu ta' statistika miġbura skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar statistika fuq prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u dejta rilevanti oħra, sabiex jiġu stmati t-tendenzi fir-riskji mill-użu tal-pestiċidi. Billi tgħaqqad l-istatistiċi pprovduti skont ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 u l-informazzjoni dwar sustanzi attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, inkluż jekk huma sustanzi attivi ta' riskju baxx, kandidati għal sostituzzjoni, jew sustanzi attivi oħra, ġie stabbilit metodu ta’ kalkolu biex jipproduċi indikatur tar-riskju armonizzat ibbażat fuq il-periklu li jistma r-riskji potenzjali mill-użu tal-pestiċidi. Il-metodu tal-kalkolu huwa ppreżentat fl-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/782.

Din il-leġislazzjoni Ewropea għandha tiġi mplimentata u trasposta fir-regolamenti Maltin dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.


2. Dokumenti

 
 
3. Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu: 

Bil-formola onlajn, jew;


Bil-posta:   
Direttur Ġenerali
                  Diviżjoni tar-Regolamenti Tekniċi
                  Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
                  Mizzi House,
                  Triq Nazzjonali,
                  Blata l–Bajda
                  Malta

 

Is-sottomissjonijiet intbagħtu sal-25 ta' Lulju 2019.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.

 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg