Navigate Up
Sign In

Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa – L-Għanijiet proposti dwar id-Development Brief għas-sit tal-eks Lukanda Jerma f’Wied il-Għajn - Pjan Lokali tan-Naħa t’Isfel ta’ Malta (2006) (L-Ewwel Fażi)

​​KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA  

  
 ​
Mingħand: Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjeta’
(Awtorita' tal-Ippjanar)
​Ippubblikata: ​18 ta' Ottubru 2019
​Tagħlaq: ​11 ta' Novembru 2019
​Aġġornata: ​12 ta' Novembru 2019
 

1.      Sfond

L-Awtorità tal-Ippjanar kienet iggwidata mill-Gvern biex tħejji l-għanijiet għad-Development Brief għas-sit tal-eks Lukanda Jerma f’Wied il-Għajn. Din it-talba hija konformi mar-rekwiżiti tal-Pjan Lokali tan-Naħa t’Isfel ta’ Malta (2006).

Għal dan il-għan, l-Awtorità qed tippubblika għal konsultazzjoni pubblika numru ta’ għanijiet li jiggwidaw l-abbozzar ta’ dan id- Development Brief.

L-għanijiet proposti għal dan id-Development Brief jitolbu kunsiderazzjoni tas-sit bħala Żona tal-Ippjanar Komprensiv għar-Riġenerazzjoni tal-Kosta Urbana. Dawn l-għanijiet għandhom ukoll jippromwovu l-iżvilupp ta' taħlita ta' użi tal-art u jiżguraw li d-densità ta' żvilupp ġenerali ma taqbiżx 100,000 metru kwadru.

Il-policy ta' ppjanar proposta għandha tinkludi wkoll qafas ta' disinn urban u tipprovdi linji gwida dwar it-tqassim tas-sit, trattament arkitettoniku, massa, kulur, tessut u materjali tal-bini, ċirkolazzjoni u aċċess għat-toroq, parkeġġ u ħtiġijiet ta' tisbiħ.

 
2.      Dokumenti

Il-proċeduri proposti
jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar:
3.   Sottomissjonijiet

Is-sottomissjonijiet saru bil-miktub u ntbagħtu:

Bl-imejl:     smlp@pa.org.mt

Bil-posta:   
Planning Authority,
                  Director of Planning,
                  St Francis Ravelin,
                  Floriana  FRN1230 

 

Is-sottomissjonijiet waslu sal-11 ta' Novembru 2019.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg