1. Sfond
L-introduzzjoni tal-SIA f’Malta għadha fil-bidu tagħha, infatti l-Awtorità tal-Ippjanar, permezz ta’ dan id-dokument qed tikkonsidra li tintroduċi proċeduri standard għal dan l-iskop, kif ukoll it-termini ta’ riferenza biex tiggwida l-preparazzjoni ta’ SIA fil-futur. Sal-lum, l-SIA hija obbligatorja biss jekk proġett propost ikun qiegħed jiġi propost skont it-Tall Building Policy.
L-SIA għandha l-iskop li tidentifika l-impatti soċjali pożittivi u negattivi tal-proġetti ppjanati jew it-tfassil ta’ proċeduri proposti. L-SIA tintuża biex itaffi l-impatti negattivi u tidentifika opportunitajiet biex jitjiebu l-benefiċċji għall-komunitajiet lokali u s-soċjetà inġenerali.
2. Dokumenti
3. Sottomissjonijiet
Il-kummenti saru bil-miktub u
ntbagħtu fl-indirizz postali: Planning
Authority, SIA Procedures Consultation, Strategic and Policy Making Division, St
Francis Ravelin, Floriana FRN1234 jew
permezz tal-indirizz elettroniku: sia@pa.org.mt
Is-sottomissjonijiet waslu sat-28 ta' Ġunju 2019.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.