Navigate Up
Sign In

Micromobility in the Maltese Transport System – Preliminary Abridged Guidelines for the Regulation of Micromobility Class

​​KONSULTAZZJONI MAGĦLUQHA

Go to the English version

 
Mingħand: Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali
(
Transport Malta – Malta National Electromobility Platform​)
​Ippubblikata: ​2 ta' Settembru 2019
​Tagħlaq: ​22 ta' Settembru 2019
​Aġġornata: ​23 ta' Settembru 2019
 

Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek
Jekk jogħġbok erġa żur din il-paġna sabiex tkun tista' tniżżel ir-rapport finali marbut ma din il-Konsultazzjoni Pubblika.


KONSULTAZZJONI ORIĠINALI

1.      Sfond
 
Dan id-Dokument jindirizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknologiji godda ghall uzu ta’ trasport li jaqaw taht il-klassifikazzjoni ta’ mikromobilita, partikularment kickscooters li jahdmu bl-elettriku, kif ukoll l-uzu popolari taghhom fl-ibliet ewlenin madwar id-dinja, inkluz f’ Malta.

Bhalissa fuq livell Ewropew ghad ma hemm l-ebda qafas regolatrju fis-sehh li jirregola dawn il-mezzi godda ta’ trasport, bir-rizultat li’ kull pajjiz jew kull belt qed ifasslu l-qafas regolatorju rispettiv skond ic-cirkustanzi partikulari  taghhom.

Ghalkemm il-kickscooter  li jahdem bl-elettriku huwa mezz ta’ trasport ideali  biex jintuza fuq distanzi qosra jew bhala t-tieni mezz ta’ trasport inter-modulari bejn mezz ta’ trasport u iehor, u b’hekk jista’ jitqies bhala mezz ta’ trasport konvinjenti u b’ konsegwenza li jista’ jigii meqjus bhala mezz alternattiv ghall-uzu tal-karozza, huwa jgorr ukoll element ta’ riskju gholi fejn tidhol is-sigurta’ fit-triq, kemm ghal min qed isuqu kif ukoll ghal min ikun miexi fit-triq jew f’ zoni pedonali. 

F’dan ir-rigward, Transport Malta qed tniedi  qafas regolatorju gdid, inkluz linji gwida ghal uzu privat ta’ dawn it-tip ta’ scooters kif ukoll ghal operaturi li sejrin ikun qed joperaw servizz konduviz ta’ scooters, li jkunu jridu jigu segwiti.

Dawn il-linji gwida mandatorji u l - qafas regulatorju jinkludu fost ohrajn, zoni u lokalitajiet fejn dawn il-mezzi ta’ trasport jistghu jinstaqu, min jista jsuqhom, registrazzjoni u licenzjar kif ukoll il-velocitajiet permessi. Regim gdid ta’ infurzar se jkun ukoll qed jigi introdott biex tigi indirizzata kemm jista’ jkun is-sigurta  fit-triq.
 

​2.      Dokumenti

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  ​

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg