Navigate Up
Sign In

Reviżjoni tal-Policy u Linji Gwida taċ-Ċimiterji (2015) – (L-Ewwel Fażi)

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA

 
 
Mingħand: Ministeru għax-Xogħolijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
(
L-Awtorità tal-Ippjanar​) 
​Ippubblikata: ​22 ta' Lulju 2022
​Tagħlaq: ​31 ta' Awwissu 2022
​Aġġornata: ​1 ta' Settembru 2022
 

1.      Sfond

 

L-Awtorità tal-Ippjanar ġiet mitluba mill-Gvern biex tibda reviżjoni tal-Policy u Linji Gwida taċ-Ċimiterji (2015) b’rabta mal-iżvilupp ta’ krematorji. L-għanijiet proposti li ser jiggwidaw il-formulazzjoni ta’ din ir-reviżjoni huma:

(a) Li titwettaq reviżjoni tal-Policy u Linji Gwida taċ-Ċimiterji tal-2015 relatata ma’ tekniki użati għall-metodi ta’ dfin alternattivi, partikolarment il-kremazzjoni, u tfittex li tipprovdi postijiet oħra xierqa għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet għal dawn it-tekniki;

(b) Li jiġu stabbiliti kriterji ta’ disinn għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet għal dawn it-tekniki.

Il-Gvern huwa tal-fehma li, wara l-promulgazzjoni tal-Att dwar il-Kremazzjoni (Kap 599 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-iżvilupp ta’ krematorji waħedhom, inklużi l-faċilitajiet (kif speċifikati fl-Att), faċilitajiet addizzjonali għad-dfin tal-irmied u infrastruttura anċillari, għandhom jingħataw konsiderazzjoni favorevoli.

 
 
2.   Dokumenti

Id-dokument jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-awtorità www.pa.org.mt/consultation

 
3.   Sottomissjonijiet

Ir-risposti ntbagħtu permezz ta’: 

Imejl:  Individwi u organizzazzjonijiet kienu mistiedna jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom permezz tal-e-mail: cemeteries.policy@pa.org.mt
 
Posta:   Awtorità tal-Ippjanar
            Reviżjoni tal-Policy u Linji Gwida taċ-Ċimiterji (2015)
            St Francis Ravelin
            Furjana, FRN1230


Is-sottomissjonijiet waslu sal-31 ta' Awwissu 2022.
 
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.

Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.   

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg