Navigate Up
Sign In

Riforma tal-permessi li jaqgħu taħt Public Service Garage

KONSULTAZZJONI MAGĦLUQA U KONKLUŻA

 
 
Mingħand: Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali
(
Awtorità għat-Trasport f’Malta)
​Ippubblikata: ​5 ta' Settembru 2019
​Tagħlaq: ​3 ta' Ottubru 2019
​Aġġornata: ​2 ta' Diċembru 2019

Riżultat tal-Konsul​tazzjoni: Rapport Finali​


1.
     
Sfond


L-Awtorità għat-Trasport f’Malta tirregola r-reġistrazzjoni u l-liċenzjar ta’ vetturi għall-kiri minn garaxx tas-servizz pubbliku (chauffeur-driven), vetturi għall-kiri, u l-operaturi ta’ vetturi bħal dawn taħt sistema ta’ liċenzjar waħda msejħa Sistema ta’ Permess għal Garaxx tas-Servizz Pubbliku (PSG). Ix-xejriet li qed jinbidlu malajr, flimkien man-nuqqas ta' regoli ċari, konsistenti u infurzabbli wasslu biex l-Awtorità ma tkunx f’posizzjoni li tirregola dan is-settur fl-aħjar interess tal-passiġġieri u l-operaturi infushom. Minħabba f’hekk xi operaturi qegħdin iwettqu abbużi u għadd ta’ klijenti qegħdin iwasslu l-ilmenti tagħhom.

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jissimplifikaw, jgħollu l-istandards u r-regolamentazzjoni ta' dan is-settur għall-livell ta' setturi oħra ta' trasport tal-passiġġieri, li diġà ġew riformati mill-Awtorità u li jiġu aġġornati regolarment. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, inħasset il-ħtiega li r-regolamentazzjoni ta’ vetturi għall-kiri bix-xufier minn garaxx tas-servizz pubbliku għandhom ikunu separati mis-servizz tal-vetturi għall-kiri (self drive).


2.   Dokumenti


Importanti li tkun taf li s-sottomissjonijiet se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet fi tmiem il-konsultazzjoni pubblika.  Il-Ministeru li qed jixpruna din l-attivita’ biss għandu jedd sħiħ fuq ikunux ippubblikati kummenti.
 
Is-sottomissjonijiet riċevuti flimkien mal-identita’ tal-kontributur, se jkunu ippubblikati fuq l-internet, ħlief jekk il-kontributur joġġezzjona li d-data personali m’għandiex tkun ippubblikata għaliex dan jista’ jagħmel ħsara lill-interess leġittimu.  F’dan il-każ is-sottomissjoni tista’ tkun ippubblikata’ taħt isem fittizju. F’każijiet oħra il-kontribuzzjoni mhux se tkun ippubblikata u lanqas fil-prinċipju il-kontenut mhux se jkun ikkunsidrat. Kull oġġezzjoni li tikkonċerna l-pubblikazzjoni tad-data personali għandha tintbgħat e-mail fuq dan l-indirizz elettorniku: onlineconsultations@gov.mt.
 
 
Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kapitolu 586)

Ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-
Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Kapitolu 586 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll jekk f'forma manwali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jiġbor biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet maħsuba tiegħu u huwa stabbilit li jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit fil-Leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data. Verifika tan-numru ta' identifikazzjoni pprovdut se sseħħ kif jitqies meħtieġ. Id-data personali kollha pprovduta se tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586).
 
 
Barra minn dan t’hawn fuq, tajjeb tkun konxju ta’:
 
·         L-iżvelar ta’ dokument bl-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496)
 
Bħala Awtorita’ Pubblika kull dokument miżmum għandna, inklużi dokumenti relatati mal-proċess ta’ din il-konsultazzjoni, jistgħu jiġu żvelati billi ssir talba għal dokumenti skont l-Att dwar il-Liberta’ tal-Informazzjoni (Kap. 496), sakemm it-talba ma tkunx suġġett għal raġunijiet konklużivi biex dokumenti uffiċjali ma jkunux żvelati taħt dan l-Att.  

www.konsultazzjoni.gov.mt
 
 
Jekk tixtieq tmur fuq il-paġna ewlenija tal-Konsultazzjonijiet Pubbliċi għafas il-logo t'hawn taħt.
 
Top Section Banner.jpg