Qed nanalizzaw is-sottomissjonijiet tiegħek.
Jekk jogħġbok, erġa' żur din il-paġna biex tniżżel ir-rapport finali.
Konsultazzjoni Oriġinali
1. Sfond
L-amministrazzjoni preżenti tinsab fil-proċess li twaqqaf l-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni, li ghandha sservi bhala entità regolatorja fil-qasam tal-kostruzzjoni. Din l-Awtorità se tassumi r-responsabilitajiet statutorji li fil-preżent jinsabu mifruxa għand numru ta’ entitajiet regolatorji involuti fl-istadju ta’ wara l-permess. Fl-istess ħin, huwa l-għan tal-gvern li jieħu konjizzjoni tal-liġijiet u regolamenti preżenti bl-intiża li jipproponi dawk l-emendi neċessarji u dan billi jiġu eliminati dawk il-provedimenti meqjusa bħala skaduti, jindirizza s-sezzjonijiet kontradittorji u jaġġorna l-liġijiet preżenti skont l-esiġenzi tekniċi u legali tal-lum.
Din il-konsultazzjoni għandhagħalhekk timmotiva lil dawk kollha involuti fis-settur sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom f’dan l-istadju importanti.
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
- X’inhi il-fehma tiegħek fir-rigward ta’ l-istrutturi li fil-preżent huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tas-settur tal-kos truzzjoni? Cioe’:
- L-Uffiċċju dwar
ir-Regolament tal-Bini (BRO);
- Il- Bord li Jirregola
l-Bini (BRB);
- L-Awtorità ta’ l-Ippjanar (PA);
- L-Awtorità għat-Trasport f’Malta (TM);
- Il-Kunsilli Lokali;
- L-Awtorita’ dwar
l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA);
- Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (CRPD);
- Id-Dipartiment
tal-Protezzjoni Ċivili ;
- Is-Sovvratendenza
tal-Wirt Kulturali;
- Il-Kunsill
Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC);
- L-Università ta’ Malta;
- Il-Kulleġġ
tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST),
- Il-Bord tal-Bennejja;
- L-Awtorità ta’ l-Artijiet;
- Entitajiet Oħra.
- Tista’ tidentifika xi nuqqasijiet fl-istrumenti li ġejjin f’dak li jirrigwardja l-operat tal-kostruzzjoni wara li jinhareg il-permess? Jekk iva, tista’ telabora għal-liema sezzjoni tal-liġi qed tirreferi?
- A.L.88/18: Regolamenti tal-2018 dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà tax-Xogħol f’Siti ta’ Kostruzzjoni);
- A.L.293/2016 Regolamenti tal-2016 dwar
Apparat tax-Xogħol (Ħtiġiet Minimi għas-Saħħa u s-Sigurtà;
- Artikolu 1638 tal-Kodiċi Ċivili, Artikolu 225 tal-Kodiċi Kriminali;
- L-Att dwar il-Periti;
- L-Att dwar
il-Professjoni ta’ l-Inġiniera;
- L-Att dwar l-Iżvilupp u Ippjanar, 2016;
- L.S. 499.57 Regolamenti
Dwar Toroq Ġodda u Xogħlijiet f’Toroq;
- Kodiċi tal-Pulizija - Taqsima V Fuq Il-Postijiet Abitati, Djar u Bini ieħor;
- L.S. 10.11 – Bini
tad-Djar u Drenaġġ;
- A.L. 259 of 2007 –
Environmental Management Site Regulations;
- A.L. 72 of 2013 - Regolamenti Dwar L-Evitar ta’ Ħsara Lil
Proprjetà ta’ Terzi Persuni;
- A.L. 96 of 1968 - Building (Safety) Regulations.
4. Sottomissjonijiet
Is-sottomissjonijiet intbagħtu permezz ta' dawn il-mezzi:
Formola onlajn
Is-sottomissjonijiet intbagħtu sal-15 ta' Ottubru 2018.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.