1. Sfond
Il‑manifest elettorali tal‑Gvern jindika b’mod ċar li l‑gvern iwiegħed li “jibda dibattitu dwar ir‑regolarizzazzjoni u d‑dekriminalizzazzjoni tal‑prostituzzjoni.” Il‑manifest jgħid ukoll li “l‑għan ewlieni għandu jkun sabiex jiġu protetti l‑iktar nies vulnerabbli milli jkunu sfruttati bħala ħaddiema tas‑sess, filwaqt li fl‑istess ħin ikompli jsaħħaħ il‑ġlieda kontra t‑traffikar tal‑persuni.”
L‑isfidi varji u kumplessi attribwiti għar‑riforma jirrikjedu sforz mill‑iżjed koordinat mill‑entitajiet kollha tal‑Istat li huma involuti. Fid‑dawl ta’ tant interdipendenza bejn ministeri differenti, waqqafna Kumitat Interministerjali sabiex niddiskutu passi fit‑tul kif ukoll immedjati li għandhom jittieħdu mill‑Gvern. Rappreżentanti tal‑Gvern għandhom l‑opportunità sabiex jaqsmu l‑opinjonijiet tagħhom dwar bosta suġġetti, li jvarjaw mis‑servizzi tal‑appoġġ lill‑vittmi u persuni vulnerabbli, investigazzjoni u infurzar, regolamenti immirati sabiex ikun żgurat ingaġġar etiku, il‑proċess ġudizzjarju, is‑saħħa, l‑impjiegi, l‑edukazzjoni, l‑immigrazzjoni u temi oħrajn relatati.
Is‑Segretarjat Parlamentari kellu diskussjonijiet preliminari u konsultazzjonijiet ma’ individwi u organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali kruċjali sabiex ikunu identifikati dawk l‑oqsma ta’ prijorità u limitazzjonijiet possibbli fl‑approċċ kurrenti tal‑Istat b’rabta ma’ dawn il‑kwistjonijiet. Il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa intenzjonat sabiex:
1. Tiġi iżviluppa Strateġija Nazzjonali Kontra t‑Traffikar Uman li tkun komprensiva; u,
2. Tindirizza dawk ir‑riformi neċessarji fil‑liġijiet u l‑politiki relatati mal‑prostituzzjoni.
2. Mistoqsijiet ta’ konsultazzjoni
- Taqbel mal‑elementi prinċipali tal‑oqsma ewlenin tal‑politika hekk kif indikati hawn fuq?
- Hemm xi ħaġa nieqsa jew li tixtieq iżżid?
- Għandek xi proposti li tixtieq tressaq f’dan il‑kuntest?
- Xi żviluppi tistenna li tara fir‑riforma ta’ Malta f’dak li għandu x’jaqsam mal‑prostituzzjoni?
- Aqsam kummenti u proposti li tixtieq tressaq fir‑rigward ta’ strateġiji li jindirizzaw it‑traffikar uman.
- Ibgħat kwalunkwe dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal‑ġlieda kontra t‑traffikar uman li temmen li għandhom jiġu kkunsidrati fit‑tiswir tal‑ istrateġija.
3. Dokumenti
4. Sottomissjonijiet
Ir-risposti ntbagħtu:
Billi timla l-formola onlajn, jew
Bil-posta: Human Trafficking and Prostitution Reform
Parliamentary Secretariat for Reforms, Citizenship and Simplification
of Administrative Processes (Office of the Prime Minister),
Auberge de Castille,
Valletta, VLT 1061,
Malta
Is-sottomissjonijiet waslu sal-31 ta' Ottubru 2019.
Grazzi tal-interess u tas-sottomissjonijiet tiegħek.